bini – One News

Notifiki

“Proset perit… Jiena għidtlek biex tieqaf u int qed tkompli taħdem”- Residenta fil-blokka

Residenta li tgħix fil-blokka tal-appartamenti li dalgħodu ġġarrfet fil-Gwardamangia kienet ilha ġimgħat tilmenta mix-xogħlijiet li kienu għaddejjin fis-sit ta’ kostruzzjoni biswit darha. Madwar xahar ilu, fuq Facebook, Janet Walker tellgħet żewġ filmati twissi lill-ħaddiema u lill-perit responsabbli mix-xogħol li kienet se tispiċċa bla saqaf fuq rasha minħabba x-xogħlijiet li kienu għaddejjin.

F’filmat li tellgħet fuq Facebook hija tidher teħodha ma’ wieħed mill-ħaddiema tal-kuntrattur u twissih biex jieqaf mix-xogħlijiet ta’ skavar minħabba l-ħsara li kienet qed issirilha fi ħwejjiġha. Madankollu x-xogħlijiet baqgħu għaddejjin sakemm dalgħodu ġġarraf il-ħajt tal-appartament t’isfel.

Messaġġ fuq Facebook ta’ Walker li ttella’ fit-8 ta’ Ġunju li għadda staqsa kemm iridu jweġġgħu persuni biex tittieħed azzjoni. Walker żiedet tgħid li wieħed irid jaħdem ħafna biex daru tkun protetta, u jrid jagħmel tajjeb għall-ispejjeż ta’ periti u ta’ avukati, fost l-oħrajn.

“U meta tweġġa’ jew tmut, min se jagħmel tajjeb?”, żiedet tistaqsi Walker, li nnutat ukoll li l-Pulizija ma jistgħux jidħlu fil-każ sakemm ma jkollhomx karta mingħand perit li jiddikjara li l-post mhux sigur.

Ir-raġel li deher fir-ritratt jidher li ma kellu x’jaqsam xejn ma’ dan il-każ.

Ara wkoll:

FILMAT: jiġġarraf ħajt ta’ binja ta’ appartamenti fil-Ħamrun

 

Għada filgħodu se tingħalaq parti minn Triq il-Wied fl-Imsida biex isiru xi xogħlijiet

Mill-5:00am ta’ għada s-Sibt, se tibda fażi ġdida tal-pont ta’ Triq il-Wied tal-Imsida, li fuqu tgħaddi Triq Reġjonali. Dan ikkonfermatu l-Aġenzija tal-Gvern Infrastruttura Malta, li żiedet tispjega kif bħala prekawzjoni, il-parti ta’ Triq il-Wied ta’ taħt il-pont se tkun magħluqa sal-4:30pm tas-Sibt stess. Sewwieqa li bi ħsiebhom jgħaddu mill-inħawi f’dawn il-ħinijiet huma mitluba jsegwu t-tabelli temporanji li se jkun hemm fil-qrib.Aqra aktar

Jibda’ l-bini ta’ parkeġġ ġdid ta’ 1,300 karozza fl-Ajruport

L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta beda x-xogħlijiet sabiex jinbena kumpless ta’ parkeġġ ġdid ta’ 1,300 karozza. Dan il-proġett multimiljunarju, li mistenni jitlesta sa sentejn oħra, se jkun qed jieħu post il-parkeġġ tal-impjegati tal-ajruport.

Dan il-parkeġġ se jkun qed jinbena fuq numru ta’ sulari għalekk il-karozzi ta’ dawk li jużawh se jkunu protetti mill-elementi. Bħala parti mill-proġett se tinbena wkoll mina taħt l-art li se tgħaqqad dan il-parkeġġ mat-terminal prinċipali tal-ajruport.Aqra aktar

Erba’ offerti għall-bini mill-ġdid u twessiegħ ta’ toroq bejn Ħal Luqa u Ħal Qormi

Il-Gvern qed iħejji biex is-sena d-dieħla jinbnew mill-ġdid u jitwessgħu Triq Ħal Qormi u Triq San Tumas, bejn Ħal Luqa u Ħal Qormi. F’messaġġ fuq Facebook, il-Ministru Ian Borg spjega kif Infrastruttura Malta rċeviet 4 offerti, b’valur medju ta’ €9.2 miljun għax-xogħol meħtieġ sabiex il-Gvern itejjeb il-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà ta’ din it-triq importanti. Aqra aktar

Il-Kamra tal-Kummerċ tilqa’ b’sodisfazzjon il-white paper dwar regolatur għas-setturi tal-bini u l-kostruzzjoni

Il-Kamra tal-Kummerċ Maltija laqgħet b’sodisfazzjon l-aħbar ta’ white paper li se tistabbilixxi regolatur għas-setturi tal-bini u l-kostruzzjoni. Il-Kamra tal-Kummerċ faħħret il-mod kif tħaddmet il-white paper, u nnotat li s-setturi tal-bini u l-kostruzzjoni huma kruċjali għall-ekonomija Maltija.Aqra aktar

Send this to a friend