billboards – One News

Notifiki

Il-billboards kienu illegali – tikkonferma l-Awtorità tal-Ippjanar

L-Awtorità tal-Ippjanar ikkonfermat fi stqarrija li l-billboards kollha mneħħija waqt azzjoni diretta nhar il-Ġimgħa filgħaxija ġew innotifikati b’avviż ta’ tneħħija xhur ilu, sabiex jagħtu biżżejjed żmien lis-sidien ta’ dawn l-istrutturi illegali biex ineħħuhom. Oħrajn ġew innotifikati b’avviż nhar il-Ġimgħa u se jitneħħew jekk is-sidien tal-istrutturi illegali ma jneħħuxhom f’ħin adegwat.

L-azzjoni tal-Awtorità li għadha għaddejja qiegħda ssir f’kollaborazzjoni ma’ Enemalta. Fil-fatt, instab li f’numru ta’ każijiet kien qed jinsteraq l-elettriku sabiex jinxtegħlu l-billboards.Aqra aktar

Il-billboards fit-toroq taħt Transport Malta – allokati billboards għall-karità

Mill-Ġimgħa li ġej se jidħlu fis-seħħ regolamenti ġodda dwar l-użu ta’ ‘billboards’ u tabelli ta’ reklami fit-toroq Maltin.

Il-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura Ian Borg u s-Segretarju Parlamentari għall-Ipjannar Chris Agius qal li r-regolament l-ġodda se jwassalu għal aktar sigurtà u ambjent isbaħ fit-toroq Maltin.
Is-Segretarju Parlamentari Agius qal li l-Uffiċċju tal-President ta’ Malta se jiġi eżentat milli jħallas il-permessi għal għaxar billboards waqt li l-għaqdiet sportivi mhux se jħallsu għall-billboards fi propjeta tagħhom.

L-għaqdiet mhux governattivi se jkollhom aċċess għal għaxar billboards pprovduti mill-gvern.

Il-Ministru Borg qal li din ir-riforma se twassal għall-iżjed organizzazzjoni fit-toroq Maltin. Tenna li l-propjetarji tal-billboards għandhom tliet xhur biex jirregolaw ruħhom.

Borg qal ukoll li proċess simili ser jiġi mplimentat għar-regolarizzazzjoni tal-‘bicycle racks’ madwar il-pajjiż. Borg qal: Il-kunċett huwa l-istess li min se jagħmel użu tal-art jikkontribwixxi u dak li jkun jivvjaġġa b’alternattiva ta’ trasport fejn il-prezz jinżamm minimu u mhux ikollna bike racks ifaqqsu mingħajr ma nkunu nfurmati.’

Dwar l-abbużi tal-imwejjed u s-siġġijiet fuq art pubblika, Dr Borg qal li l-Awtorità tal-Artijiet diġà żiedet l-infurzar tagħha u ser tagħmel pjan biex tindirizza l-problema u taqta’ l-abbużi ta’ xi wħud darba għal dejjem.

Aqra aktar

Il-PN se jneħħi l-billboards

Sa fl-aħħar il-Partit Nazzjonalista se jimxi mad-deċiżjoni tal-Qorti u jneħħi l-billboards li jmorru kontra l-ispirtu tal-avviż legali li jaħseb biex pajjiżna ma jimtelix bil-billboards bl-addoċċ u mingħajr regoli ta’ xejn.

Aqra aktar

Karol Aquilina fil-mira

L-avukat Karol Aquilina, wieħed mill-iktar persuni qrib il-Kap Nazzjonalista Simon Busuttil, jinsab taħt kritika interna qawwija wara li l-Partit Nazzjonalista ma daħħalx il-kawża b’rabta mal-avviż legali li jirregola l-billboards.

Aqra aktar

Il-PN ‘jinsa’ jagħmel kawża fuq il-billboards

Il-Partit Nazzjonalista ma daħħalx fil-qorti kawża li qal li se jagħmel biex jikkontesta l-avviż legali li jirregola l-billboards.

Ftit tal-ġimgħat ilu, l-Imħallef Jacqueline Padovani Grima, laqgħet mandat tal-Partit Nazzjonalista u temporanjament waqqfet it-tneħħija ta’ billboards tal-partiti politiċi.

Il-pass li kien imiss kien li fi żmien 20 jum il-Partit Nazzjonalista jitfaħ kawża. L-20 jum skadew it-Tnejn 30 ta’ Mejju, iżda dan ma sarx.

Aqra aktar

Il-Qorti twaqqaf tneħħija ta’ billboards

L-Imħallef Jacqueline Padovani Grima laqgħet talba tal-Partit Nazzjonalista u waqqfet it-tneħħija ta’ billboards tal-partiti politiċi. L-ordni li jitneħħew kienet ngħatat wara li nbiddlet il-liġi biex il-billboards isiru skont regoli iktar stretti u jsiru ħlasijiet ta’ liċenzji.

Fis-sentenza tagħha, il-Qorti stqarret li mhix tiddikjara lilha nnifsiha dwar l-Avviż Legali u fil-fatt il-Partit Nazzjonalista jrid jgħamel każ ieħor biex jisfida l-avviż legali.

Aqra aktar

Send this to a friend