Mill-Ħadd biljett ta’ sagħtejn tal-karozza tal-linja se jibda jiswa €1.50, jiġifieri 50 ċenteżmu anqas hekk kif il-Kumpanija li topera s-servizz ħabbret li qalbet għall-miżati tax-xitwa. Aqra aktar

Mill-Ħadd biljett ta’ sagħtejn tal-karozza tal-linja se jibda jiswa €1.50, jiġifieri 50 ċenteżmu anqas hekk kif il-Kumpanija li topera s-servizz ħabbret li qalbet għall-miżati tax-xitwa. Aqra aktar
Il-Qorti waqqfet lil Maltco milli tagħti għall-kawżi ġusti l-premju ta’ €820,000 li ma nġabarx. Dan wara li mara li qalet tilfet il-biljett fetħet kawża biex toħodhom hi. Il-flus issa għandhom jinżammu għand il-Maltco sakemm il-Qorti tiddeċiedi l-kawża. Aqra aktar
Ħareġ it-tender li permezz tiegħu l-Gozo Channel se tibda tħaddem sistema innovattiva fejn il-biljetti tal-vapur ikunu jistgħu jinxtraw kemm online kif ukoll b’applikazzjoni fuq il-mobile.Aqra aktar
Maltco Lotteries ħabbru li numru ta’ premijiet, fosthom li ntrebħu fi Frar li għadda, għadhom ma ġewx miġbura. Maltco ħeġġet lil min għandu biljetti rebbieħa biex imur bil-biljett oriġinali malajr kemm jista’ jkun.
L-aktar urġenti huma żewġ biljett tas-Super 5 li telgħu nhar it-22 ta’ Frar u li ħadd ma mar għalihom…dawn għandhom valur ta’ €6418.52.
Jekk wieħed minn dawn il-biljetti tiegħek, għandek żmien sal-24 ta’ April biex tiġbor il-flus. Il-biljetti nxtraw mill-Msida u l-Mqabba.
Hemm ukoll biljett tal-Quick Keni li nxtara mill-Msida, u li minkejja li ntrebaħ, ħadd ma mar għall-flus.
Flus li ma nġabrux imorru għall-Fond tal-Kawżi Ġusti.
Permezz ta’ stqarrija s-Sezzjoni Kunsilliera Partit Laburista qalet li qed tilqa’ b’sodisfazzjon l-introduzzjoni tal-‘warning ticket’ li daħlet fis-seħħ ftit tal-jiem ilu. Proposta li l-membri tagħha kienu ressqu ‘l quddiem diversi xhur ilu.
Dan għaliex is-Sezzjoni Kunsilliera PL temmen li r-rwol tal-gwardjan m’għandux ikun biss li jħarrek fuq l-inqas kontravenzjoni iżda għandu jkun hemm biex jipprevjeni milli jsir in-nuqqas. Temmen ukoll li minnha nnfisha, din is-sistema se twassal sabiex tiddaħħal iktar dixxiplina fis-sewqan għaliex meta individwu tkellmu bil-kelma t-tajba, il-messaġġ jasal ħafna iktar milli tuża’ s-sistema bħala magna li tagħmel il-flus, xi ħaġa li tnissel rabja fiċ-ċittadin.
Jekk irbaħt xi lotterija u l-biljett rebbieħ ma tistax issibu, din l-istorja se ttik ftit tama u kuraġġ. Hekk kif Awstraljan anzjan sar miljunarju wara li sab il-biljett rebbieħ tiegħu sena wara li n-numri tiegħu kienu dawk rebbieħa. Huwa sab il-biljett tiegħu waqt li kien qed inaddaf il-karozza tiegħu.
Send this to a friend