Biden jappella għall-kalma u fiduċjuż li se jirbaħ

Il-kandidat Demokratiku Joe Biden appella għall-kalma u talab biex f’ġieh id-demokrazija jingħadd kull vot.

B’Kamala Harris ħdejh, Biden għadu kif għadda indirizz qasir li fih qal li jinsab fiduċjuż li hekk kif jintemm l-għadd hu se jkun President u Harris se tkun il-Viċi President tal-Istati Uniti.

“Id-demokrazija tista’ tħawwad imma nitlobkom għal ftit iżjed paċenzja”, saħaq Biden meta indirizza lin-nazzjon f’Delaware.

Fis-sigħat li ġejjin mistennija aktar żviluppi minn Pennyslvania fejn Biden qed inaqqas id-distakk u b’dan l-istat biss, Biden jista’ jikseb u jaqbeż in-numru 270 tal-voti tal-Kulleġġ tal-Eletturi.

Biden jista’ jirbaħ l-elezzjoni anki b’rebħa fl-istat ta’ Arizona u Nevada fejn jinsab fil-vantaġġ.

Sa issa Biden kiseb l-akbar ammont ta’ voti fuq skala nazzjonali fl-istorja elettorali Amerikana.

Intant wara dan l-aħħar messaġġ ta’ Biden, osservaturi politiċi qed isostnu li Donald Trump se jkun kostrett jirreaġixxi.

Għajr tweets u kitbiet oħra fuq il-midja soċjali, Trump għadu ma deherx fil-pubbliku għal iktar minn 36 siegħa mindu ddikjara rebħa f’konferenza tal-aħbarijiet fil-White House.

Obama joħroġ jappoġġja lil Biden

Tlettax-il jum qabel l-elezzjoni presidenzjali fl-Istati Uniti, l-eks President Barack Obama issa ħareġ jappoġġa l-kandidat Demokratiku Joe Biden, sigħat wara li l-President attwali Donald Trump temm ħesrem intervista b’mod dirett u saħansitra kkummenta wkoll kontra min kien qed imexxiha.Aqra aktar

Biden u Harris qalu li Trump ħalla lill-Istati Uniti titfarrak

Il-kandidat Demokratiku għall-elezzjoni Presidenzjali Joe Biden flimkien mal-kandidata li ġiet magħżula sabiex itellaq miegħu, s-senatur Kamala Harris attakkaw b’mod aħrax lill-President Trump.

Fl-ewwel attività tagħhom flimkien huma tennew li Trump huwa mexxej inkompetenti u ħalla lill-Istati Uniti titfarrak.

Il-kandidat Demokratiku Joe Biden jinsab fuq quddiem skont stħarriġ tal-opinjoni pubblika u mistenni jaffaċċja lil Donald Trump fit-3 ta’ Novembru li ġej.

Send this to a friend