Notifiki

Se jiġi mħabbar il-pjan t’azzjoni tal-G7 dwar il-kontroll ta’ pandemija

Il-mexxejja tal-G7, li bħalissa jinsabu f’Cornwall fl-Ingilterra għal summit, se jkunu qed jimpenjaw irwieħhom sabiex jużaw ir-riżorsi kollha tagħhom fi sforz sabiex jassiguraw illi l-impatt devastanti li ħalliet il-pandemija tal-COVID ma terġax tirrepeti ruħha.

Infatti, llum huwa mistenni li joħorġu dikjarazzjoni li tistabilixxi numru ta’ miżuri ta’ kif se jintlaħaq dan il-għan. Wieħed mill-għanijiet huwa li, f’każ ta’ pandemija, jiġu żviluppati vaċċini li jilqgħu kontra l-mard infettiv f’minn tal-inqas 100 jum.

Aqra aktar

Johnson jiddeskrivi lil Biden bħala “nifs ġdid” fl-ewwel laqgħa bejn iż-żewġ mexxejja

Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson iddeskriva lill-President Amerikan Joe Biden bħala “nifs ġdid” wara li ltaqgħu għall-ewwel darba lejliet is-summit tal-G7 f’Cornwall.

Johnson qal li l-Amerka trid taħdem ma’ pajjiżu fuq diversi kwistjonijiet, fosthom is-sigurtà, in-NATO u t-tibdil fil-klima.

Żied li hemm armonija sħiħa mal-Amerka dwar l-Irlanda ta’ Fuq.

Fil-laqgħa, iż-żewġ mexxejja stabilixxew pjan dwar l-ivvjaġġar mill-ġdid lejn l-Atlantiku, wara li l-Amerka pprojbixxiet lill-maġġoranza tal-Brittaniċi milli jidħlu malli faqqgħet il-pandemija.

Biden jappella għall-kalma u fiduċjuż li se jirbaħ

Il-kandidat Demokratiku Joe Biden appella għall-kalma u talab biex f’ġieh id-demokrazija jingħadd kull vot.

B’Kamala Harris ħdejh, Biden għadu kif għadda indirizz qasir li fih qal li jinsab fiduċjuż li hekk kif jintemm l-għadd hu se jkun President u Harris se tkun il-Viċi President tal-Istati Uniti.

“Id-demokrazija tista’ tħawwad imma nitlobkom għal ftit iżjed paċenzja”, saħaq Biden meta indirizza lin-nazzjon f’Delaware.

Fis-sigħat li ġejjin mistennija aktar żviluppi minn Pennyslvania fejn Biden qed inaqqas id-distakk u b’dan l-istat biss, Biden jista’ jikseb u jaqbeż in-numru 270 tal-voti tal-Kulleġġ tal-Eletturi.

Biden jista’ jirbaħ l-elezzjoni anki b’rebħa fl-istat ta’ Arizona u Nevada fejn jinsab fil-vantaġġ.

Sa issa Biden kiseb l-akbar ammont ta’ voti fuq skala nazzjonali fl-istorja elettorali Amerikana.

Intant wara dan l-aħħar messaġġ ta’ Biden, osservaturi politiċi qed isostnu li Donald Trump se jkun kostrett jirreaġixxi.

Għajr tweets u kitbiet oħra fuq il-midja soċjali, Trump għadu ma deherx fil-pubbliku għal iktar minn 36 siegħa mindu ddikjara rebħa f’konferenza tal-aħbarijiet fil-White House.

Send this to a friend