Notifiki

Għall-ambjent Grech b’ieħor ta’ Pullicino

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech kompla jdur fuq in-nies ta’ George Pullicino biex jagħmel il-ħatriet tiegħu.Aqra aktar

Il-fazzjoni Busuttil twissi lil Grech wara l-istħarriġ tal-MT

L-aħħar stħarriġ tal-MaltaToday jidher li qed iċaqlaq l-ilmijiet mhux ħażin fil-Partit Nazzjonalista, b’esponenti tal-establishment u tal-fazzjoni ta’ Simon Busuttil ikomplu jitfgħu l-pressjoni fuq il-Kap Bernard Grech sabiex jiżfen mad-diska tagħhom.Aqra aktar

Rapport tat-Times Ingliża jġib fix-xejn l-argumenti ta’ Bernard Grech dwar il-lista l-ħadra tar-Renju Unit

Artiklu fuq The Sunday Times Ingliża jgħid li Ministri Ingliżi injoraw pariri xjentifiċi dwar jekk Malta għandhiex titniżżel fuq il-lista l-ħadra filwaqt li waqqfu pjanijiet biex il-Portugall tispiċċa fuq dik imsejħa bħala watch-list.Aqra aktar

Deputati skomdi jwieġbu dwar post Jason Azzopardi fil-PN

Wara l-istqarrija oriġinali li fiha Jason Azzopardi daqq l-irtirata fuq numru ta’ allegazzjonijiet li għamel dwar Adrian Delia, numru ta’ deputati Nazzjonalisti dehru skomdi.Aqra aktar

Wara t-tħabbira tat-tieni rawnd ta’ vouchers jgħid li tberbqu l-flus

Il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech kompla jgħid li l-Gvern berbaq il-flus waqt pandemija.

F’diskors ieħor politiku dwar il-pandemija, il-Kap tal-Oppożizzjoni tkellem fil-Parlament wara li l-Prim Ministru ħabbar li mis-sebgħa ta’ Ġunju, il-poplu se jkun jista’ juża l-vouchers wara li l-Gvern se joħroġ it-tieni rawnd b’injezzjoni ekonomija ta’ ħamsa u erbgħin miljun ewro.

Quddiem miżuri oħra bħal tal-Covid Wage Supplement u miżuri oħra li jinċentivaw biex jiġu t-turisti f’pajjiżna, Bernard Grech sostna li l-Gvern berbaq kollox u ma ġerraħx il-fatt li s-surplus sewa mitqlu deheb waqt pandemija.

Grech stqarr: “Biex iġġieled il-pandemija allura uża dawk il-ħafna miljuni li qalulna illi rnexxielhom iġibu b’surplus. U allura dan ġara Sur President għaliex il-Gvern berbaq kollox.”

BIL-FILMAT: Jgħid li fl-aħħar jiem kien deċiż u jtenni li għada jista’ jkun PM

“Deċiż u determinat.”

Hekk iddeskriva l-prestazzjoni tiegħu, il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech quddiem l-iżviluppi xokkanti fil-Partit Nazzjonalista fl-aħħar jiem u li komplew jixħtu dawl fuq il-firda kbira li għadha tiddomina fil-Partit Nazzjonalista.Aqra aktar

Bernard Grech iwaħħal fix-xemx biex ma jidhirx li ma jafx x’ħejjewlu

F’konferenza tal-aħbarijiet li tulha x-xemx ftit li xejn feġġet minn wara s-sħab, Bernard Grech xorta spiċċa jwaħħal fiha wara li nqabad jaqra mill-fuljett li suppost nieda hu stess.

Dan f’konferenza stampa li fiha Bernard Grech kellu jniedi s-suppost viżjoni tiegħu, iżda din baqgħet waħda vaga ħafna bid-diskors ta’ Grech innifsu ma jmiss mal-ebda punt li kien hemm f’dan il-fuljett. Il-fuljett li suppost kellu jiġbor il-viżjoni li suppost għandu Grech deher li kien ġdid għalih u li ma kien rah qatt qabel.

Iżda meta mistoqsi mill-ġurnalist ta’ ONE News għaliex kien qiegħed jaqra dan il-fuljett bħal donnu għall-ewwel darba waqt il-konferenza stampa stess, Grech ipprova jbenġilha.

Dan għalkemm kif jixhed ir-ritratt Bernard Grech evidentament kien qed jaqra bir-reqqa dak li kitbulu fil-fuljett, qabel jitla’ biex jagħmel id-diskors tiegħu. Evidentament mitluf jipprova jiġġustifika il-għaliex kien qed jaqra l-fuljett daqs li kieku rah għall-ewwel darba, huwa spiċċa jgħid illi poġġewlu l-podju b’tali mod li ma tgħammxux ix-xemx.

Dan għalkemm wieħed ma jistax jimmaġina kif kien jiġi jidher fil-filmati kieku ma poġġewhx dahru lejn il-veduta.

Jiħraxu l-attakki fuq Delia u l-iddettar fuq x’għandu jagħmel Bernard Grech  

L-establishment Nazzjonalista kompla jitfa’ l-pressjoni fuq Bernard Grech. Dan permezz ta’ artiklu mill-eks Chief of Staff ta’  Austin Gatt, Manuel Delia. Dan kiteb b’reazzjoni għall-fatt li Bernard Grech ikkonferma li Adrian Delia diġà ġie kkonfermat bħala kandidat Nazzjonalista fuq distrett wieħed. Aqra aktar

Send this to a friend