Bernard Grech jgħid li jixtri l-Ħondoq imma ma jafx kemm jiswa

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech wiegħed li jekk ikun fil-Gvern jixtri l-artijiet f’Ħondoq ir-Rummien iżda mistoqsi kemm jiswew dawn l-artijiet ma jafx.

Din mhux l-ewwel darba li Bernard Grech wiegħed affarijiet li mbagħad ma kienx kapaċi jispjegahom.

Kien ONE News li staqsa lil Bernard Grech dwar is-suġġett wara li mistoqsi minn The Malta Independent x’jaħseb dwar Ħondoq ir-Rummien qal li jekk ikun Prim Ministru jaqbad u jixtrih.

“Ma’ l-Indpendent wieghdtu li se tixtru l-art tal-Hondoq. Taf tgħidli kemm tiswa? Irridu nagħtuha lura lill-poplu. Is-saħħa u l-kwalità tal-ħajja. Kemm tiswa? Tiġi kkalkulata.”

Aqra aktar

Bernard Grech jgħid li min mhux kapaċi m’għandux jasal

‘Min mhux kapaċi m’għandu qatt jasal daqs ħaddieħor.’ Dan qalu l-Kap Nazzjonalista Bernard Grech f’intervista fuq l-istazzjon tiegħu l-Ħadd filgħodu.  Għalkemm fl-aħħar snin rajna sforzi kbar f’pajjiżna sabiex kulħadd jingħata opportunità ugwali biex jagħmel suċċess, għal Bernard Grech mhux kulħadd ħaqqu l-għajnuna biex jasal.

Aqra aktar

Il-Ministru Carmelo Abela jgħid li mar minn jeddu jagħti stqarrija d-Depot u reġa’ ċaħad l-allegazzjonijiet foloz

Illejla l-Ministru Carmelo Abela mar id-Depot fejn ta stqarrija u reġa’ ċaħad bl-iktar mod qawwi allegazzjonijiet li qed isiru fuqu minn Jason Azzopardi, li hu kien involut fl-attentat ta’ hold-up fuq il-bank HSBC ħdax-il sena ilu.

Fuq il-paġna tiegħu fuq facebook, il-Ministru Carmelo Abela qal li għamel stqarrija dwar kalunja fil-konfront tiegħu.

Spjega li lill-pulizija preżentalha kopja tad-dikjarazzjoni bil-ġurament li diġà kien ipreżenta fil-Qorti fil-kawża ta’ libell kontra Jason Azzopardi.

Il-Ministru Abela innota li minkejja li bdew il-proċeduri tal-libell u Jason Azzopardi kellu sal-lum biex jippreżenta r-risposta tiegħu, dan baqa’ ma rrispondiex.

Il-Ministru Carmelo Abela spjega li minbarra li ta dan id-dokument lil Pulizija, huwa esprima d-disponibbiltà tiegħu li jikkopera bis-sħiħ biex inneħħi kwalunkwe dubju dwaru u biex toħroġ il-verità sħiħa.

Il-Ministru Carmelo Abela sfida lil Jason Azzopardi biex jagħmel bħalu u hu wkoll imur għand il-pulizija ladarba għoġbu jagħmel l-allegazzjonijiet.

Hawnhekk il-Ministru staqsa għalfejn Jason Azzopardi għadu sal-lum il-ġurnata ma stqarrx mal-Pulizija dak li qed jallega u baqa’ sieket.

Saħaq li hu jistenna li f’kull każ, il-pulizija tibgħat għalih minnufih u tinterrogah.

Żied jgħid li min għamel din il-gidba tiegħu, primarjament il-Kap tal-Oppożizzjoni għandu jerfa’ r-responsabbiltà sħiħa flimkien mad-deputat Jason Azzopardi.

Carmelo Abela saħaq li t-tnejn li huma urew fl-aħħar ġimgħat li lesti jassoċjaw ruħhom fl-istrateġiji tal-kriminali biex jilħqu l-għanijiet politiċi tagħhom.

Temm jgħid li hu minn dejjem laqa’ kull investigazzjoni li se tikkonferma li hemm kalunja u konġura fil-konfront tiegħu.

Deputati skomdi jwieġbu dwar post Jason Azzopardi fil-PN

Wara l-istqarrija oriġinali li fiha Jason Azzopardi daqq l-irtirata fuq numru ta’ allegazzjonijiet li għamel dwar Adrian Delia, numru ta’ deputati Nazzjonalisti dehru skomdi.Aqra aktar

Send this to a friend