Adrian Delia u Bernard Grech jaħlu fuq xulxin fuq l-istazzjon Nazzjonalista

Iż-żewġ kandidati għall-kariga ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista, il-Ħamis filgħaxija qattgħu siegħa u nofs fuq l-istazzjon tal-istess Partit jaħlu u jkomplu jgħaddu botti xejn kumplimentużi fuq xulxin. Aqra aktar

Bernard Grech jgħid li hu perpless dwar ħlasijiet pendenti tat-taxxa u tal-VAT

Il-kandidat għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Bernard Grech ammetta u qal li jinsab perpless dwar l-aħħar aħbarijiet li ħarġu dwaru fejn kellu mat-tnejn u sittin elf ewro fi ħlasijiet pendenti ma’ tat-taxxa u ma’ tal-VAT.Aqra aktar

Grech b’tattiċi sabiex jirbaħ il-voti tan-nies ta’ Arrigo u Agius

Bil-għan li jirbaħ l-voti tan-nies leali lejn l-viċi kapijiet Robert Arrigo u David Agius, Bernard Grech qed jgħid li jekk jirbaħ it-tellieqa għall-Kap, iż-żewġ Viċi Kapijiet tal-Partit Nazzjonalista, ser iżommu l-karigi tagħhom sal-elezzjoni ġenerali li jmiss. Aqra aktar

Delia jgħid li wara Grech hemm ir-ribelli u Grech jgħid li hu m’għandux il-finanzi tal-partit f’idejh

F’edizzjoni online tal-programm Xarabank, iż-żewġ kandidati għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista, għalkemm mhux flimkien f’dibattitu, tqabbdu kemm felħu u għaddew il-botti fl-eqqel ta’ ġlieda oħra għat-tmexxija.

Fl-isfond li l-Viċi Kap Nazzjonalista u feles ta’ Delia, Robert Arrigo, wiegħed il-flus lil kull każin Nazzjonalista, Bernard Grech qal hekk.

Aqra aktar

Send this to a friend