Bernard Grech jgħid li l-poplu Malti qed juri li jrid bidla

Il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech attakka l-ingaġġ ta’ ħaddiema mal-Gvern fosthom fis-settur tas-saħħa u l-edukazzjoni.

Waqt kollegament telefoniku fuq l-istazzjon tar-radju tal-Partit Nazzjonalista, Grech qal hekk.

“L-ewwel ħaġa ejja nagħmluha ċara li l-Partit Nazzjonalista fil-Gvern fejn ikun hemm il-bżonn xorta se nkunu qed nimpjegaw ħaddiema mal-Gvern. Ma jfissirx li dan se nkunu qegħdin nagħmluh sempliċiment biex nakkwistaw il-voti.”

Aqra aktar

BIL-FILMAT: Skont il-PN Bernard Grech ma għamilx snin twal ma jħallasx it-taxxa

Il-Partit Nazzjonalista qed jiċħad li l-Kap tiegħu għamel snin twal ma jħallasx it-taxxa u l-VAT.

Mistoqsija dwar dak li qal il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech, li jrid jibdel id-dinja u jneħħi lil Malta minn proċedura tal-FATF f’disgħin jum, f’konferenza tal-aħbarijiet il-Partit Nazzjonalista ħassu skomdu jwieġeb dwar il-kredibilità tal-Kap tiegħu li għamel is-snin jevadi t-taxxa u saħansitra kien investigat dwar dan.Aqra aktar

Il-PN jinqabad fuq sieq waħda dwar il-klima

Il-Partit Nazzjonalista ħareġ jgħid li se jorganizza konferenza nazzjonali bl-iskop li jiddiskuti t-tibdil fil-klima, mingħajr ma ppropona pjan ta’ azzjoni.Aqra aktar

BIL-FILMAT: Iqumu mistoqsijiet fuq il-ħiliet strateġiċi ta’ Peregin wara li fallew l-ispins

F’ġimgħa fejn żewġ spins tal-Partit Nazzjonalista ma ħadmux għaliex ġew imgiddba, nies fid-Dar Ċentrali qed jippuntaw is-swaba’ lejn Chris Peregin, li ġie ingaġġat b’pakkett ta’ eluf ta’ ewro biex imexxi l-istrateġija politika f’tal-Pietà għal Kap Bernard Grech.

Sorsi qrib id-Dar Ċentrali qalulna li nies li ilhom jaħdmu fil-Partit Nazzjonalista nnutaw li Peregin mhux qed ikun il-pedina importanti li tant neffħuh ċertu nies ta’ Bernard Grech.

Aqra aktar

Send this to a friend