Id-deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami qal lil dawk il-kandidati li rtiraw mill-elezzjonijiet tal-kumitati sezzjonali tal-Partit Nazzjonalista li issa hi affari tagħhom.Aqra aktar

Id-deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami qal lil dawk il-kandidati li rtiraw mill-elezzjonijiet tal-kumitati sezzjonali tal-Partit Nazzjonalista li issa hi affari tagħhom.Aqra aktar
Fuq ix-xandir nazzjonali, il-kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Intern, Beppe Fenech Adami ma riedx jikkundanna lil Jason Azzopardi li anki bħala avukat fetaħ kwerela biex jitfa’ s-suldati l-ħabs, wara li akkużahom b’attentat ta’ qtil ta’ immigranti.Aqra aktar
It-taqbida tal-establishment biex jieħu l-kontroll lura tal-Partit Nazzjonalista ma ntemmitx bl-elezzjoni ta’ Bernard Grech, hekk kif is-sitwazzjoni issa ħraxet.Aqra aktar
B’reazzjoni għall-istqarrija maħruġa mill-kelliema tal-Oppożizzjoni dwar dak li ġara l-lejl li għadda fi Swieqi, il-Partit Laburista stqarr li din l-istqarrija tagħżel li tinjora l-fatti tal-każ hekk kif magħrufa sa issa.Aqra aktar
Il-Partit Nazzjonalista ried imur kontra r-rakkomandazzjoni tal-kumitat Ornis biex jinfetaħ l-istaġun tal-kaċċa għas-summien.Aqra aktar
Fil-bidu tad-diskussjoni fl-istadju tat-tieni qari tal-abbozz ta’ liġi li jemenda l-att dwar il-ħatra tal-kummissarju tal-pulizija, id-Deputat Nazzjonalsita Beppe Fenech Adami attakka l-proposta tal-Gvern li se tneħħi s-setgħa tiegħu li jaħtar il-kummissarju tal-Pulizija. Aqra aktar
Kummenti tal-Kunsillier Justin Schembri dwar l-Eks Ministru Taljan, Matteo Salvini, kixfu l-ġlieda li hemm fil-Partit Nazzjonalista fid-distrett ta’ Birkirkara. Aqra aktar
Id-deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami, esponent ewlieni mill-fazzjoni Busuttil, mar jitkellem mal-Independent u ma’ The Times of Malta dwar il-vot ta’ fiduċja tas-Sibt li għadda fil-konfront ta’ Delia.
It-Times sejħet lil Beppe Fenech Adami, bħala wieħed mid-deputati Nazzjonalisti kritiċi tal-Kap Nazzjonalista Adrian Delia. Filfatt Fenech Adami kien wieħed minn ta’ quddiem fil-kampanja kontra Delia, biex jiġi sfiduċjat minn Kap u ma jibqax imexxi lill-Partit Nazzjonalista.Aqra aktar
Hu ironiku kif Beppe Fenech Adami indirizza konferenza tal-aħbarijiet biex jattakka promozzjonijiet li saru fl-Armata sitt snin ilu. Fi stqarrija, il-Partit Laburista qal li kien ikun aħjar kieku Beppe Fenech Adami skuża ruħu talli ma daħħalx id-dritt ta’ sħubija f’Unions lill-korpi dixxiplinati kollha meta kien defacto Ministru tal-Intern.
Kien ikun aħjar li kieku Beppe Fenech Adami spjega għala meta kien defacto Ministru tal-Intern, ma ħallasx l-over-time dovut lill-pulizija u kellu jkun dan il-Gvern biex jagħmel ġustizja mal-Pulizija Kien ikun aħjar li kieku Beppe Fenech Adami jispjega x’għamel hu meta kien responsabbli mill-Armata u kellu akkumulati 288 ilment fuq promozzjonijiet. Aqra aktar
Id-Deputati Nazzjonalisti Beppe Fenech Adami u Claudette Buttigieg huma fost id-Deputati Nazzjonalisti li taw l-appoġġ tagħhom u ffirmaw dikjarazzjoni li qiegħda ddur fil-Grupp Parlamentari, li permezz tagħha juru li m’għandhomx appoġġ fil-Kap Nazzjonalista Adrian Delia.
Send this to a friend