Notifiki

Żieda fin-nefqa tal-benefiċċji soċjali iżda tnaqqis ta’ persuni li jiddependu minnhom

Filwaqt li n-nefqa soċjali kompli tiżdied minn sena għal sena, d-dipendenza fuq il-benefiċċji soċjali fl-aħħar tmien snin naqset drastikament.  Statistika mill-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika uriet kif filwaqt li s-sena l-oħra n-nefqa soċjali qabżet il-biljun ewro, id-dipendenza soċjali mill-2013 sas-sena l-oħra rat tnaqqis ta’ iżjed min-nofs. Aqra aktar

Il-benefiċċju tal-ġenituri biex jibqgħu d-dar jieħdu ħsieb it-tfal se jibqa’ sat-3 ta’ Lulju

Il-benefiċċju għall-ġenituri li kellhom jibqgħu d-dar biex jieħdu ħsieb it-tfal waqt li l-iskejjel kienu magħluqa u l-benefiċċju għal dawk li tilfu xogħlhom b’konsegwenza diretta tal-imxija tal-Coronavirus se jibqgħu jingħataw sat-3 ta’ Lulju.

Dan tħabbar waqt konferenza tal-aħbarijiet dwar il-benefiċċji li ngħataw minħabba l-imxija tal-Coronavirus. Aqra aktar

€100 miljun f’nefqiet mill-Gvern għall-Covid-19 fl-ewwel 3 xhur tas-sena

Fl-ewwel kwart tas-sena l-Gvern nefaq ftit aktar min-nofs biljun ewro, żieda iżjed milli previst fil-Baġit għal din is-sena.

Dan hu dovut peress li f’dan il-perjodu l-Gvern nefaq mat-tlieta u disgħin miljun ewro f’miżuri biex inaqqas l-impatt negattiv li ġabet magħha l-imxija tal-Coronavirus u biex is-settur privat iżomm l-impjegati fl-impjieg. Aqra aktar

Inqas nies dipendenti fuq il-benefiċċji soċjali

Komplew jonqsu l-persuni dipendenti fuq is-servizzi soċjali. Stqarrija maħruġa mill-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika tindika li fl-ewwel nofs tal-2017 reġa’ kien hemm tnaqqis fid-dipendenza soċjali.

Filfatt mentri fl-2012 kien hemm 11,795 persuna li kienu jieħdu l-assistenza soċjali, f’Ġunju ta’ din is-sena l-ammont ta’ nies dipendenti mill-assistenza soċjali naqas għal 5,631.

Dan it-tnaqqis ta’ aktar min-nofs seħħ minhabba li pajjizna qed ikollu tkabbir ekonomiku li qed jilħaq lil dawk l-aktar fil-bżonn. Filwaqt li l-qgħad naqas għall-anqas livell mindu bdiet tinġabar l-istatistika.

Aqra aktar

Eluf b’iktar flus fil-but riżultat tal-In-Work Benefit u t-tapering tal-benefiċċji

Illum ilaħħqu l-eluf il-familji bi dħul baxx li għandhom iktar flus fil-but riżultat tal-in-work benefit u t-tapering tal-benefiċċji.

Dettalji li ta l-Ministru għall-Politika Soċjali, Michael Farrugia, dalgħodu juru li f’Diċembru li għadda 2,480 persuna kienet qed tgawdi mit-tapering tal-benefiċċji u 1,631 familja mill-in work benefit.  Aqra aktar

Send this to a friend