belt – One News

Notifiki

ARA: Kif il-ħolma tal-Beltin se ssir realtà

Il-ħolma tal-Beltin qed issir realtà, wara li l-Gvern se jgħaddi art li m’għadhiex tintuża fiż-Żona Industrijali ta’ Ħal Farruġ sabiex issir grawnd tal-futbol ta’ wieħed mill-akbar klabbs tal-futbol f’pajjiżna.Aqra aktar

Se jitħabbru inċentivi biex in-nies jidħlu iżjed l-Belt – il-PM

F’intervista l-Ħadd, il-Prim Ministru Robert Abela qal li fil-jiem li ġejjin se jitħabbru inċentivi biex in-nies jidħlu iżjed l-Belt.

Qal li filwaqt li hemm postijiet bħal San Ġiljan u tas-Sliema li qed ifuru, fil-Belt fadlilna ftit iżjed u għalhekk se jingħataw inċentivi anki biex jgħinu lin-negozji fil-kapitali. Aqra aktar

Il-Ballu Tritoni għal darb’oħra fil-Belt Valletta

Għat-tieni sena konsekuttiva Pjazza Tritoni se terġa’ tingħata l-ħajja fil-jiem tal-Karnival. Dan hekk kif is-Sibt li ġej se jittella’ il-Ballu Tritoni.

Ballu li se jkun ferm differenti minn tas-sena ta’ qabel bl-għan ewlieni hu li tinżamm it-tradizzjoni Maltija iżda fl-istess waqt timxi maż-żminijiet.Aqra aktar

It-turġien tad-daħla tal-Belt jissemmew għal żewġ qaddisin

It-turġien li jilqgħu l-viżitaturi tal-Belt ssemmew għal żewġ qaddisin li għandhom rabta kbira mal-Belt innifisha.

Taraġ minnhom issemma’ għal San Ġorġ Preca, li twieled il-Belt u ġie deskritt mis-Segretarju Ġenerali tal-għaqda tal-Mużew Rueben Pace, bħala wild li għamel ġieh lill-Belt.

Is-Sur Pace qal li x-xewqa tiegħu hi li turisti jistaqsu min hu dan il-qaddis u sostna li kull tarġa tissimbolizza l-mixja lejn il-quċċata tal-ħajja Nisranija.Aqra aktar

Send this to a friend