Belt Valletta – One News

Notifiki

Dwal ġodda jsebbħu l-veduta tal-Belt Valletta

Għaddej ġmielu x-xogħol biex tinxtgħel bi dwal ġodda l-koppla tas-santwarju bażilika Madonna tal-Karmnu tal-Belt.  Dan bħala parti minn proġett sħiħ tal-korporazzjoni għar-riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir li ser jara l-installazzjoni ta’ dwal ġodda fuq din il-koppla u fuq il-koppli tal-kappella tal-Pilar u l-Knisja ta’ Santu Wistin.Aqra aktar

Ir-riġenerazzjoni tal-Biċċerija l-Antika fil-Belt Valletta waslet fl-aħħar stadju

Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali José Herrera, akkumpanjat miċ-Chairman tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta Jason Micallef, żar is-sit tal-Biċċerija l-Qadima fil-Belt Valletta, hekk kif ix-xogħlijiet li għaddejjin bħalissa biex dan il-bini antik jinbidel fil-Valletta Design Cluster waslu fil-fażi finali. Il-Valletta Design Cluster, parti mill-Aġenzija Kulturali għall-Valletta u proġett ieħor ta’ legat tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura Valletta 2018, se jkun qed jiftaħ il-bibien tiegħu fix-xhur li ġejjin. Aqra aktar

“Hija xi ħaġa kompletament differenti minn dik tas-soltu” – koppja Ingliża li ċċelebrat il-festa ta’ San Pawl għat-3 darba

It-Tnejn Malta ċċelebrat l-ewwel festa pubblika, il-festa ta’ San Pawl Nawfragu. Ħafna Beltin, li għalihom dan il-jum ifisser iċ-ċelebrazzjoni tal-Patrun tagħhom, bdew il-ġurnata b’quddiesa iċċelebrata mill-Arċisoqf ta’ Malta Charles Scicluna. Biex imbgħad fis-siegħa ta’ wara nofsinhar irħewla għall-marċ tradizzjonali li jitella’ mill-Għaqda tal-Pawlini li din is-sena qed tiċċelebra wkoll il-ħamsin anniversarju.Aqra aktar

Eluf kbar mistennija jagħtu merbħa s-sena l-ġdida fil-Belt

Il-Belt Valletta tinsab lesta biex fi ftit sigħat oħra ssellem lis-sena 2019 u tilqa’ s-sena l-ġdida. Dan f’ċelebrazzjoni kbira li se ssir fil-beraħ lejlet l-ewwel tas-sena fi Pjazza San Ġorġ – appuntament annwali li sar wieħed mill-iktar avvenimenti mfittxija mill-Maltin biex jiċċeleberaw il-bidu ta’ sena ġdida. Aqra aktar

Send this to a friend