belġju – One News

Notifiki

Taħdidiet differenti f’ambjent aktar rilassanti… il-PM Malti ma’ mexxejja oħra Ewropej

Is-Sibt waranofsinhar, f’nofs ġurnata ta’ ħidma sfieqa, il-Prim Ministru Malti Robert Abela flimkien mal-Prim Ministri tal-Belġju, il-Lussemburgu u l-Estonja reħewlha lejn ristorant fil-belt ta’ Brussell biex igawdu ftit minuti mill-ġurnata u jidħattu f’ambjent għal kollox differenti mis-summit intensiv li bħalissa qegħdin jipparteċipaw fih.Aqra aktar

Tlieta mejta wara sparaturi fil-Belġju

Żewġ uffiċjali tal-Pulizija u persuna oħra nqatlu fil-belt Belġjana ta’ Liege wara li agressur armat b’arma tan-nar żamm mara ostaġġ fi skola fl-inħawi. L-agressur allegatament inqatel ftit tal-ħin wara l-inċident.

L-Iskwadra ta’ kontra t-terroriżmu fil-Belġju għadhom qed jinvestigaw dan il-każ.

.

Michelle Muscat maħtura l-patruna tal-Eurordis-Alleanza Ewropea tal-mard rari

Għall-ħames sena konsekuttiva, mart il-Prim Ministru ta’ Malta u l-President tal-Alleanza Maltija tal-Mard Rari Michelle Muscat kienet maħtura bħala l-patruna tal-EURORDIS – l-Alleanza Ewropea tal-Mard Rari, waqt ċerimonja fi Brussell.

Preżenti għal din iċ-ċerimonja kien hemm il-Prinċipessa Astrid u l-Prinċipessa Ann de Ligne tal-Belġju. Is-Sinjura Muscat enfasizzat l-importanza li naħdmu mal-pazjenti li jiġu milquta minn mard rari.

Is-Sinjura Muscat, li kienet akkumpanjata mill-Ambaxxatur Malti għall-Belġju Ray Azzopardi u mis-Segretarja tal-Alleanza Josette Azzopardi, kellha diskussjonijiet ma’ speċjalisti f’dan il-qasam u alleanzi tal-pazjenti li flimkien qed jaħdmu sabiex jitwaqqfu aktar għajnuniet għall-pazjenti.

Bħalissa, l-Alleanza tal-Mard Rari għaddejja b’kampanja nazzjonali biex ikun hawn iktar għarfien kif ukoll sabiex iktar pazjenti b’mard rari jingħaqdu flimkien u jagħtu appoġġ lil xulxin.

Send this to a friend