bdoti – One News

Notifiki

L-Air Malta għad trid tikkonviċi ruħha wara li l-UCC irrifjutat offerta għal erba’ darbiet qabel aċċettatha

L-Air Malta trid qbil permanenti fuq proċess fond ta’ ristrutturar li jassigura l-futur tal-linja nazzjonali tal-ajru wara l-pandemija. Fi stqarrija, is-Sibt filgħaxija, l-Air Malta qalet li kienet infurmata li disgħin fil-mija tal-ħaddiema tal-ekwipaġġ tal-Air Malta vvutaw favur l-offerta tal-linja nazzjonali tal-ajru li biha l-ħaddiema li baqgħu d-dar u mhux jaħdmu jirċievu salarju ta’ elf u mitejn ewro fix-xahar.

One.com.mt huwa infurmat li l-vot sar wara li l-unjin tal-ħaddiema tal-ekwipaġġ tal-Air Malta rrifjutat għall-erba’ darbiet il-pakkett soċjali tal-Air Malta. Fi stqarrija l-Air Malta nnutat li aktar qabel, il-kumitat eżekuttiv tal-unjin tal-ħaddiema tal-ekwipaġġ vvota biex ma jħalliex lill-membri tal-unjin jagħtu l-opinjoni dwar l-offerta tal-Air Malta. “Kien wara li l-Air Malta kitbet lid-Dipartiment għar-relazzjonijiet industrijali u tal-impjieg u wriet l-intenzjoni li twaqqaf l-impjieg tal-ħaddiema tal-ekwipaġġ, li l-unjin tal-ħaddiema tal-ekwipaġġ qablet li jittieħed vot fuq l-offerta tal-kumpanija tal-ajru”, sostniet l-Air Malta.

L-Air Malta saħqet li għad trid tikkonvinċi ruħha dwar ir-rieda tal-unjin sabiex il-linja nazzjonali tal-ajru jkollha assigurazzjoni li jintlaħaq qbil permanenti komprensiv. Fil-fatt l-Air Malta qalet li l-fiduċja bejn iż-żewġ partijiet ixxaqqet wara l-iżviluppi li ġraw. Intant il-unjin tal-bdoti, l-ALPA baqgħu ma weġbux dwar l-offerta tal-Air Malta.

Il-Maltin jgħinu bdoti jieħdu deċiżjonijiet f’waqthom

Riċerka tal-Università ta’ Malta żviluppat teknoloġija li għandha tgħin il-bdoti jieħdu deċiżjonijiet f’waqthom.

Dawn huma kameras speċjalizzati li permezz tagħhom min ikun qed isuq l-ajruplan ikun jista’ jara aħjar l-ostakli li jiffaċja waqt it-titjira. B’hekk il-proġett, bl-isem ta’ SAGRO, ħoloq sistema flessibli li se żżid is-sigurtà  waqt it-titjiriet.Aqra aktar

JINTLAĦAQ FTEHIM bejn il-Gvern u l-ALPA

Tard il-Ħamis filgħaxija inħarġet stqarrija li fiha ġie ddikjarat li ntlaħaq ftehim bejn il-Gvern ta’ Malta u l-assoċjazzjoni tal-piloti (ALPA).

Il-partijiet laħqu b’sodisfazzjon ftehim bejnithom li jħares l-interessi tal-Gvern bħala l-azzjonista ewlieni tal-linja ta l-ajru tal-Air Malta, l-interessi tal-piloti kollha bħala ħaddiema tal-linja tal-ajru u l-ġejjieni tal-istess kumpanija. Il-Gvern irringrazzja lill-Assoċjazzjoni tal-Piloti għall-kooperazzjoni tagħha, li qal li jawgura tajjeb sabiex tiġi aċċertat il-vijabilità kummerċjali tal-Air Malta.  Il-Ministru Zammit Lewis jirringrazzja lil President Emeritu Dr George Abela u liċ-Chairperson Maria Micallef.  L-ALPA minn naħa ingħaqdet f’dan l-awguri u irringrazzjat lil kull min għen f’dan il-ftehim.

Aqra aktar

Send this to a friend