Notifiki

Inawgurat restawr fil-bażilika minuri tar-Rabat

B’investiment ta’ madwar €80,000 tlesta proġett ta’ konservazzjoni u restawr tal-pitturi li jinsabu mas-saqaf tal-kappella ddedikata lil Sant’Antnin fil-Bażilika Minuri ta’ San Pawl fir-Rabat.Aqra aktar

Il-knisja ta’ San Pawl fir-Rabat issa Bażilika

B’digriet mill-Vatikan il-Knisja Arċipretali u Kolleġjata ta’ San Pawl fir-Rabat Malta ġiet mgħollija għal titlu ta’ Bażilika. Aħbar pożittiva li ferħet lill-Pawlin kollha wara snin ta’ stennija. Aqra aktar

Dwal ġodda jsebbħu l-veduta tal-Belt Valletta

Għaddej ġmielu x-xogħol biex tinxtgħel bi dwal ġodda l-koppla tas-santwarju bażilika Madonna tal-Karmnu tal-Belt.  Dan bħala parti minn proġett sħiħ tal-korporazzjoni għar-riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir li ser jara l-installazzjoni ta’ dwal ġodda fuq din il-koppla u fuq il-koppli tal-kappella tal-Pilar u l-Knisja ta’ Santu Wistin.Aqra aktar

Ippubblikata l-arma tal-Bażilika tal-Assunta tal-Mosta

Uffiċjalment ġiet ippubblikata l-arma tal-Bażilika tal-Assunta fil-Mosta. L-emblema turi l-arma tal-Mosta b’salib aħmar fuq sfond abjad bi stilla bajda fi sfond blu fin-nofs. Fuqha tiddomina l-arma tal-Madonna (nome di Maria) u fil-ġnub l-imfietaħ li jissimbolizzaw is-Santa Sede.

Bla dubju l-umbrellun bl-ilwien aħmar u isfar jiddomina u dan huwa sinonimu mal-knejjes bit-titlu ta’ Bażilika.

Isfel jidher il-motto tal-Mosta: Spes Alit Ruricolam li tfisser ‘It-tama twettaq il bidwi.

Illum il-festa tas-Salib – Festa importanti għall-Kattoliċi u anke għall-Karkariżi

Il-festa tal-Eżaltazzjoni tas-Salib Imqaddes tiċċelebra żewġ avvenimenti storiċi: l-iskopertà tal-Veru Salib minn Santa Elena, l-omm tal-Imperatur Kostantinu, fis-sena 320 taħt it-tempju ta’ Venere f’Ġerusalemm, u d-dedikazzjoni tal-bażilika fis-sena 335 mibnija fuq l-għolja tal-kalvarju minn Kostantinu , li jimmarka s-sit tal-Kruċifissjonu.

Il-Bażilika, imsejħa l-Martirju, u s-santwarju, imsejjaħ il-kalvarju, ġew meqruda mill-Persjani fl-614. Il-Knisja tas-Santu Sepulkru nbena mill-Kruċjati fl-1149. Din il-festa tal-eżaltazzjoni ssir fl-14 ta’ Settembru.

Madankollu, din il-festa aktar minn kull ħaġ’oħra, hija ċelebrazzjoni u kommemorazzjoni tal-akbar ħidma ta ‘Alla: ir-rebħa ta’ Gesù fuq il-mewt permezz tas-Salib u l-qawmien tiegħu, li fetħet il-bibien għall-Ġenna. Magħha, hija marbuta wkoll din il-festa tas-sejba tas-salib li tiġi ċċelebrata propju llum 3 ta’ Mejju; festa importanti għaliex is-sejba tas-salib fissret ħafna.

Bħal-lum issir festa kbira f’Birkirkara fejn anke toħroġ l-istatwa devota ta’ Santa Liena b’attendenza numeruża. Minħabba riħ qawwi li qed jolqot il-gżejjer Maltin, din iċ-ċelebrazzjoni ġiet trasferita għall-ħadd li ġej fid-8.45am. Madanakollu, il-funzjonijiet tal-knisja fuq ġewwa se jsiru xorta waħda kif pjanat illum.

Din is-sena l-Banda Duke of Connaught’s Own sejra takkumpanja l-purcissjoni bil-vara maestuza ta’ Santa Liena, ir-Rev. Kapitlu Elenjan u r-relikwa tal-Vero Lignum li se tgħaddi minn Triq il-Wied u minn quddiem is-sede tas-Soċjetà Duke of Connaught’s Own. L-aħħar darba li għaddiet minn quddiem il-każin magħruf bħala Ta’ l-Għama kien nhar il-festa ta’ Santa Liena tal-2003.

Ritratt ta’ Santa Liena: Mariorick Mifsud

Il-Mostin lesti bid-dokument għal għand il-Papa

Waqt il-Festa tas-Sena l-oħra l-Poplu Mosti ngħata sorpriża hekk kif l-Arċipriet tal-Paroċċa kien talab lill-Arċisqof Charles Scicluna biex jingħata t-titlu ta’ Bażilika lill-Knisja tal-Mosta, li minn naħa tiegħu laqgħa din it-talba. Madankollu t-triq biex jingħata dan it-titlu hija waħda twila u fost l-ewwel affarijiet ried li jitħejja dokument estensiv li jirrakonta l-istorja ta’ din il-Parroċċa.

Aqra aktar

Send this to a friend