Bank Ċentrali – One News

Notifiki

BIL-FILMAT: L-ekonomija Maltija se tikber u tirkupra fis-sentejn li ġejjin – rapport tal-Bank Ċentrali

Rapport tal-Bank Ċentrali ta’ Malta dwar il-prospetti tal-ekonomija Maltija bejn l-2020 u l-2022 juri xenarju prinċipali fejn pajjiżna mistenni jirkupra sew is-sena d-dieħla u ta’ wara, fl-isfond ta’ daqqa ekonomika minħabba l-pandemija li ħadet id-dinja kollha.

Ix-xenarju prinċipali tal-Bank Ċentrali juri li f’sitwazzjoni ta’ miżuri effettivi, il-prodott domestiku gross mistenni li jonqos b’4.8% għal din is-sena iżda imbagħad jiżdied b’5.8% is-sena d-dieħla u b’4.2% fl-2022.

Il-prodott domestiku gross li jfisser it-total ta’ produzzjoni f’ekonomija jilgħab fattur importanti fit-tkabbir ekonomiku u dan ifisser li sas-sena d-dieħla, skont il-Bank Ċentrali, Malta se tesperjenza tkabbir ekonomiku.

Dan huwa konformi ma’ dak li qal il-Fond Monetarju Internazzjonali li f’April innota kif Malta se tieħu l-inqas daqqa ekonomika fl-Ewropa.

F’rapport dettaljat, il-Fond Monetarju Internazzjonali kien qal li pajjiżna se jieħu biss kważi terz tad-daqqa ekonomika li se ssofri l-bqija tal-Ewropa.

Aqra aktar

Il-Bank Ċentrali ta’ Malta jħarreġ professjonisti fl-immaniġġjar tal-Flus

Kulħadd juża l‑flus, kemm jekk kaxxier ġo bank, bejjiegħ jew tifel jew tifla li jirċievu l‑pocket money. Iċ‑ċirkolazzjoni tal‑flus hija kwistjoni ta’ provvista adegwata daqskemm hi waħda ta’ fiduċja, u ż‑żamma tal‑integrità tal‑euro hija waħda mill‑kompiti tal‑Bank Ċentrali ta’ Malta bħala Bank Ċentrali Nazzjonali li jopera fi ħdan l‑Eurosistema. Aqra aktar

Send this to a friend