€1.6 miljun biex nosservawh sew…

L-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi se tassorbi €1.6 miljun f’fondi pubbliċi biex tagħmel programm ta’ monitoraġġ tal-baħar. 75% mill-fondi ġejjin mill-Unjoni Ewropea.

L-għan hu li jkun hawn immaniġġjar aktar effettiv u użu sostenibbli tar-riżorsi marittimi.

Aqra aktar

FILMAT: X’ġara f’Birżebbuġa?

  • Biċċiet minn bastiment imkisser jitneħħew mill-kosta f’Birżebbuġa

 Fil-ġranet li għaddew, ħaddiema mid-Direttorat għat-Tindif fi ħdan il-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura kienu involuti f’biċċa xogħol mhux faċli f’Birżebbuġa, fejn neħħew minn mal-kosta biċċiet imkissrin minn bastiment kbir li daħal fuq il-kosta.

Aqra aktar

1,251 persuna salvata mill-baħar u 164 sejħa falza għal fire engines

1251 – Daqshekk ġew salvati persuni minn bejn sema u ilma s-sena li għaddiet.

Fil-Parlament il-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali Carmelo Abela qal li fl-2016 saru 57 operazzjoni ta’ salvataġġ fuq il-baħar.

Intant, għal mistoqsija separata, din id-darba dwar sejħiet għal fire engines, il-Minsitru qal li n-numru ta’ sejħiet foloz fl-2016 laħaq il-164 sejħa.

 

 

 

Biċċa xogħol kbira biex iżżomm mal-240 balena ħajja!

Fi New Zealand għaddejja ħidma sabiex ikunu salvati mal-240 balena li għadhom fuq ix-xatt.

Kmieni dalgħodu għadd ta’ voluntiera irnexxielhom isalvaw 100 balena mill-400 li nhar il-Ħamis spiċċaw fuq xatt. Hija biċċa xogħol diffiċli anke jekk numru kbir ta’ voluntiera qed jgħinu f’Farewell Spitt.

Ammont kbir mietu, minkejja li l-pubbliku u professjonisti għamlu minn kollox biex isalvawhom.  Hemm it-tama li l-baleni li spiċċaw fuq il-bajja dalgħodu jsalvaw meta jerġ’a jidħol l-ilma fix-xatt għada filgħodu. Persuni qed josservaw is-sitwazzjoni mill-qrib u għad mhux magħruf jekk ix-xatt se jara iktar baleni li jidħlu fiż-żona.

Qed jingħad li xi klieb il-baħar setgħu iddirieġew lill-baleni lejn din il-parti u dan minħabba li fuqhom nstabu marki ta’ gdim.

Aqra aktar

Baħar jibla’ l-art u aktar maltemp

Is-satra tal-lejl ta’ bejn it-Tlieta u t-Tlieta inkisret b’ħalbiet tax-xita u riħ qawwi. Iżda l-maltemp kompla jippersisti dalgħodu hekk kif kellna aktar ħalbiet tax-xita. Wieħed beda jsiba diffiċli biex iżomm l-umbrella fuq rashu hekk kif nistgħu ngħidu li fuq il-gżejjer Maltin kellna rifnu.

Aqra aktar

Il-Gozo Channel tbiddel ir-rotta minħabba riħ qawwi

Il-baħar żaqqu ratba u rasu iebsa. Hekk jgħid il-qawl Malti, u kien għalekk li dalgħodu l-Gozo Channel bidlu r-rotta tal-vapuri tagħhom fejn, minflok, qed jgħaddu minn wara Kemmuna.

Din id-deċiżjoni ttieħdet minħabba l-bidla fit-temp hekk kif minħabba r-riħ qawwi li ħakem il-gżejjer Maltin, dan jaf joħloq mewġ perikoluż u jekk il-vapur jieħu r-rotta tas-soltu ikun f’iktar periklu għax ikun espost għal baħar miftuħ.

Ħolma li mhix wisq bogħod

Daħal fit-tielet fażi tiegħu il-proġett ta’ riġenerazzjoni tal-pixxina nazzjonali f’Tal-Qroqq.

Waqt żjara li għamel is-Segretarju Parlamentari Chris Agius stajna ninnutaw li żewġ pixxini tbattlu mill-ilma u qed isir xogħol fihom. Pixxina minnhom sar xogħol estensiv fuqha minħabba li l-qiegħ ma kienx f’kundizzjoni tajba.

Sar xogħol mad-dawra tal-pixxina biex issa l-art ingħatat wiċċ ġdid. Il-kap eżekuttiv ta’ Sport Malta, Mark Cutajar, qal li qed isir moniteraġġ kontinwu biex ix-xogħol ikun tal-oghla livell.

Is-Segretarju Parlamentari Chris Agius fakkar li l-poplu Malti kien ilu snin mċaħħad minn pixxina state of the art u b’ħidma minn dan il-Gvern, din il-ħolma mhix wisq bogħod.

Aqra aktar

Il-Kaptan f’baħar imqalleb

F’Baħar imqalleb bejn Malta u Għawdex kif rajna dan l-aħħar, il-Kaptan tal-vapur tal-Gozo Channel għandu biċċa xogħol iktar diffiċli għalkemm waqt vjaġġ mal-kaptan Norbert Spagnol biex qsamna l-fliegu bejn Malta u Għawdex stajna nifhmu li l-iktar biċċa xogħol diffiċli mhijiex meta jkun bejn sema u ilma.

L-isfida biex jitrakka mal-moll taċ-Ċirkewwa ħafna drabi tkun l-ikbar waħda.

Aqra aktar

Send this to a friend