Imut wara li ttella’ mill-baħar fil-Mellieħa

Illum, għall-ħabta tat-tlieta neqsien kwart, il-Pulizija ġiet infurmata li kien intlemaħ raġel f’wiċċ il-baħar, fl-inħawi magħrufa bħala tat-Toqba, Mellieħa.

Il-Pulizija marru minnufih fuq il-post, fejn mill-ewwel investigazzjoni deher li raġel Korejan ta’ 43 sena li jirrisjedi s-Swieqi sab ruħhu f’diffikulta’ waqt li kien qed jgħum. Huwa ttella’ l-art permezz ta’ helicopter u ttieħed permezz ta’ ambulanza l-isptar Mater Dei ghal aktar kura iżda huwa ġie ċċertifikat mejjet .

Dwar il-każ infetħet inkjesta u l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Aktar bajjiet bil-bandiera blu

It-temperaturi f’pajjiżna issa huma aktar sħan, b’temp xemxi u għalhekk wieħed jibda jaħseb f’dawk il-jiem li jmur il-baħar. Il-Maltin u t-turisti għandhom numru ġmielu ta’ bajjiet minn fejn jgħażlu speċjalment din is-sena, hekk kif kienu tnax-il bajja li ngħataw il-Blue Flag min-Nature Trust – FEE Malta. Dawn il-bajjiet kwalifikaw għal din il-bandiera wara li ġew evalwati numru ta’ fatturi relatati mal-ambjent, fosthom l-indafa, is-sigurtà u l-aċċessibilità.

Aqra aktar

Brama ġdida fl-ibħra Maltin

Minkejja li l-ilmijiet tagħna huma sorveljati l-ħin kollu minn diversi persuni, sejbiet ġodda jibqgħu jsiru. It-tim Spot The Jellyfish infatti sabu dik li tissejjaħ egg-yolk jellyfish, li l-isem xjentifiku tagħha huwa Phacellophora Camtschatica.

Din hija speċi li kapaċi tikber sa sittin ċentimetru. Minkejja l-kobor tagħha, il-gidma mhix daqshekk gravi. Tinsab fl-oċean Atlantiku u l-Paċifiku u rarissimu tidher fil-Mediterran.

Ritratti: www.oceanfoto.co.uk – Pete Bullen 

Aqra aktar

Bil-filmat: Tfal tal-iskola jiltaqgħu ma’ dniefel f’Birżebbuġa

Tfal tal-iskola li kienu fuq dgħajsa igawdu it-temp sabiħ tar-rebbiegħa waqt lezzjoni dwar it-tbaħħir raw xena mhux tas-soltu, speċjalment meta wieħed iqis li kienu biss ftit metri il-bogħod mill-moll tal-Freeport f’Birżebbugia.

Dan meta raw dniefel fil-bahar, f’distanza ta’ ftit metri. Xena li żgur se tibqa f’moħħhom għal żmien twil.

Aqra aktar

JITTELLA’ KATAVRU TA’ RAĠEL MILL-BAĦAR F’WIED IL-GĦAJN

one.com.mt huwa infurmat li l-Pulizija tar-Rapid Intervention Unit flimkien mal-Forżi Armati ta’ Malta tellgħu katavru ta’ raġel, li l-identità tiegħu għadha mhux magħrufa, mill-bajja tal-Fajtata, Wied il-Għajn.

Fuq il-blat kien hemm id-demm u l-mobajl tar-raġel filwaqt li fuqu kellu mazz ċwievet.
Aqra aktar

EVAKWAZZJONI WARA INĊIDENT F’NOFS TA’ BAĦAR QRIB GĦAWDEX

Bħalissa għaddejja ħidma ta’ evakwazzjoni medika minn dgħajsa tas-sajd Maltija bl-isem Salve Reġina. Dan qed iseħħ tletin mil-nawtiku mill-punent ta’ Għawdex.

L-evakwazzjoni qed issir wara li wieħed mill-membri tal-ekwipaġġ, Indoneżjan, kellu inċidet u qata’ biċċa minn subgħajh.

Minn hawn u ftit ieħor se jmur ħelikopter għalih, l-iniżżlu l-air wing tal-Forzi Armati u minn hemm jittieħed l-isptar.

Issa biċ-ċans li żżur it-Titanic

Kien fl-1912 meta ċ-ċand li titla’ fuq il-vapur Titanic kienet titqies bħala okkażjoni lussuża biex wieħed jivvjaġġa. Aktar minn ċentinarju wara, u din għadha titqies hekk.

Dan hekk kif turisti sinjuri se jkunu qed jingħataw iċ-ċans li jżuru u jgħaddu minn ħdejn it-Titanic minn taħt il-baħar, grazzi għal kumpanija f’Londra li se tkun qed tħejji opportunitajiet biex persuni jinżlu ħdejn dan it-tiġrif minn Mejju tal-2018 permezz ta’ makkinarju apposta li jinżel taħt il-baħar.

Aqra aktar

It-Titanic daqt jispiċċa fix-xejn

Meta fl-1912 it-Titanic ħareġ mill-port għall-vjaġġ tiegħu, ħadd ma seta’ jimmaġina li din se tkun l-aħħar darba li se jarawh fl-aqwa tiegħu, dan hekk kif kienet dik is-sena stess li ġara dak li ġara u sal-lum il-ġurnata għadu fil-qiegħ tal-Oċean Atlantiku. Iżda allavolja ilu aktar minn ċentarju, għad hemm xi fdalijiet minn tiegħu jikkommemoraw dak li darba kien vapur ta’ klassi.

Iżda sfortunatament xjentisti qalu li fi ftit diċenji oħra m’hu se jifdal xejn mit-Titanic, dan hekk kif ftit ftit qed jittiekel.

Aqra aktar

Nikkonfermaw li l-katavru li nstab f’Żonqor huwa tal-mara li lbieraħ niżlet fil-baħar f’Tas-Sliema

Nistgħu nikkonfermaw li l-persuni li nstabet mejta fil-baħar qrib Żonqor dalgħodu hija l-istess persuna li minn jhedhha niżlet fil-baħar imqalleb f’Tas-Sliema lbieraħ.

Din il-mara damet ma ġiet identifikata. Ilbieraħ il-Forzi Armati ta’ Malta ġew mgħajta biex jagħtu l-ewwel għajnuna, il-ħelikopter u l-lanċa tal-forzi kienu involuti fit-tfittxija fil-baħar viċin il-lukanda Preluna. L-operazzjoni ta’ salvataġġ kienet diffiċli minħabba l-kundizzjoni tat-temp u d-dlam. Filfatt, wara sigħat ta’ tfittxija, it-tfittxija ġiet posposta.

Send this to a friend