Dawra mal-‘Pulizija tal-baħar’ f’Santa Marija

F’Jum il-Festa ta’ Santa Marija, bosta Maltin jiddeċiedu li jqattgħu il-jum f’xi waħda mis-seba’ Santa Marijiet. Madankollu, ħafna oħrajn jippreferu li jieħdu din l-opportunità biex joħorġu fuq il-baħar bl-opri tal-baħar tagħhom.

Fil-fatt, dan il-jum hu l-iktar wieħed li jkun hawn traffiku fil-baħar ta’ pajjiżna. Biex jassiguraw li d-dgħajjes jimxu mar-regolamenti, teżisti s-sezzjoni tal-Infurzar u s-Sigurtà Marittima fi ħdan Transport Malta. 

Aqra aktar

Ifittxu raġel wara li qabeż minn fuq dgħajsa f’Tas-Sliema

Raġel ta’ nazzjonalità Franċiża, li għandu residenza fis-Swieqi, bħalissa qed jitqies bħala mitluf wara li lbieraħ filgħaxija hu flimkien ma’ erba’ persuni oħra qabżu l-baħar minn fuq dgħajsa tad-divertiment qrib tas-Sliema biex jgħumu.

L-inċident seħħ għall-ħabta tan-00:25 ta’ dalgħodu meta għall-ewwel b’kollox kien hemm ħames persuni meqjusa nieqsa hekk kif dawn ma setgħux jintlemħu fil-baħar. L-etajiet tagħhom ivarjaw bejn 19 u 20 sena.
Aqra aktar

“Sa fl-aħħar m’għadux impossibbli li mmorru l-baħar” – Omm

Omm ta’ tifel li juża s-siġġu tar-roti esprimiet is-sodisfazzjoni tagħha meta marret f’bajja fil-Mellieħa u sabet bajja li hija aċċessibbli.

“It-tifel tiegħi li jagħmel użu mis-siġġu tar-roti, waħdu seta’ jibqa’ għaddej bis-siġġu tar-roti fuq il-bajja dan grazzi għal passaġġ tal-injam li sar fuq il-bajja. Apparti minn hekk ġejna avviċinati minn żewġ ħaddiema, li kienu lebsin flok tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu li offrewlna beach buggy biex ikun jista’ juża’ mhux biss fuq il-bajja iżda anke fil-baħar.”

Aqra aktar

Temperatura rekord fl-ibħra Maltin

Il-mewġa ta’ sħana li qed tolqot lil gżejjer Maltin wasslet għall-aktar temperaturi tal-baħar għoljin li qatt ġew irrekordjati f’Malta. 

Il-Professur Aldo Drago li huwa l-ko-ordinatur tal-Grupp tar-Riċerka Oċeanografika Fiżika fid-Dipartiment tal-Ġeografija fi ħdan l-Università ta’ Malta fisser kif issa anke l-baħar qabeż it-tletin grad celcius.  

Aqra aktar

Il-Maltin u l-baħar: Relazzjoni li tiġġedded kull sena

Is-sajf jinsab fl-eqqel tiegħu, u madwar 77% jmorru l-baħar minn tal-inqas darba fil-ġimgħa.

Tgħid dan statistika tal-Maltatoday, ibbażata fuq survey li għalih wieġbu 315-il persuna.

Hawn jirriżulta kif il-bajja tal-Għadira hija l-iktar waħda popolari, segwita mill-Armier, u l-Bajja s-Sabiha f’Birżebbuġa.

Aqra aktar

Linji gwida għal min irid jarma kamp fuq bajja

L-Awtorità għat-Turiżmu u l-Awtorità tal-Artijiet, permezza ta’ stqarrija konġunta, fakkru lill-pubbliku li kampijiet, tined u affarijiet simili li huma għola minn metru għandhom jitpoġġew fuq wara tal-bajja sabiex ma jkun hemm ebda tfixkil għal dawk li jmorru jgħumu.

Aqra aktar

Send this to a friend