Attenti: Tuzax dawn għat-trabi tiegħek fil-baħar

Id-Direttorat għas-Sorveljanza tas-Suq(MCCAA), irtira mis-suq numru ta’ floats għall-għawm intenzjonati għat-trabi.

Dawn instabu li huma ta’ riskju serju għax it-tarbija tista’ tegħreq minħabba r-raġunijiet li ġejjin:

  • Il-qiegħ ċatt ta’ dawn il-floats jimplika instabbiltà u b’hekk għandhom ċans akbar li jinqelbu.
  • Minħabba li l-proporzjon tal-area hu ikbar meta mqabbel mal-volum, jiżdied iċ-ċans li l-float bit-tarbija jinġarr mal-kurrent.

Aqra aktar

Lura l-baħar wara l-maltemp

Wara ġimgħa ta’ temp xejn pjaċevoli, għexieren ta’ Maltin kif ukoll turisti li qegħdin jagħmlu btala f’pajjiżna, illum ħatfu l-opportunità u żaru l-bajjiet Maltin biex iqattgħu siegħa taħt ix-xemx partikolari Maltija.

Minkejja li bdiet il-Ħarifa u t-temperaturi niżlu, in-nies ma qatgħux qalbhom biex imorru sa xi bajja jew pool biex igawdu l-aħħar ftit jiem ta’ temp sħun u sema mingħajr sħab.

Evidentament ma kienux wieħed jew tnejn li reħewlha sal-kosta iżda numru ta’ nies ħadu vantaġġ minn dan it-temp kważi sajfi qabel ma nibdew nsibu refuġju mill-bard u l-kesħa ġewwa djarna fiż-żmien qarib li ġej. 

Prezz orħos u inqas stennija għall-Valletta Ferry għal dawk li jużaw tallinja card

Dawk il-passiġġieri li għandhom tallinja card se jkunu qed igawdu minn prezzijiet orħos meta jużaw il-Valletta Ferry.

Ferry li l-passiġġieri jistgħu jużaw biex minn Tas-Sliema jaslu l-Belt Valletta, mill-Kottonera jaslu l-Belt Valletta u viċi-versa. Dawn se jgawdu ukoll minn inqas stennija hekk kif mhux se jkollhom għalfejn jixtru biljett għal kull vjaġġ.Aqra aktar

“Jekk tmur il-baħar, twaddabnix fejn ġie ġie!”

Qatt kont f’bajja qed tilgħaq ix-xemx u rajt ‘CONE’ ta’ dan it-tip fir-ramel jgħid “Meta tkun il-baħar, twaddabnix fejn ġie ġie”? Dan il-‘cone’ qed jitqassam fil-bajjiet mill-Awtorità għat-Turiżmu. L-MTA qed tipprovdi dawn il-‘cones’ lill-persuni li qed jissorveljaw il-bajjiet sabiex ma jkunx hemm sigaretti mormija fil-bajjiet.

Aqra aktar

Send this to a friend