baġit – One News

Notifiki

“Fil-baġit li se nressqu se nkunu qed nagħtu lura dak li naffordjaw u dak li huwa sostenibbli” – il-Prim Ministru

Waqt laqgħa f’Kastilja, li matulha l-MDA preżentat il-proposti tagħha għall-baġit li ġej, il-Prim Ministru Joseph Muscat stqarr li fil-baġit li ġej, il-Gvern se jkun qed jagħti lura lill-poplu dak li bħala pajjiż naffordjaw u mhux nonfqu bl-addoċċ sempliċiment biex inkunu popolari. “Irridu li dak kollu li ndaħħlu u nagħtu lura lin-nies ikun sostenibbli għal numru ta’ snin”, stqarr Dr Muscat. Aqra aktar

“Mhux se nistrieħu fuq ir-riżultati li ksibna” -JM

Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit  Laburista, Joseph Muscat, tenna li l-gvern mhux se jkun qed jistrieħ fuq ir-riżultati miksuba u fisser kif fil-baġit tal-14 ta’ Ottubru se jkun qed jibqa’ jieħu d-deċiżjonijiet meħtieġa biex pajjiżna jimxi ‘l quddiem u l-familji jgawdu mill-frott tat-tkabbir ekonomiku.Aqra aktar

Jiltaqgħu l-imsieħba soċjali bi tħejjija għall-baġit li jmiss

Il-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza Edward Zammit Lewis fisser kif djalogu soċjali b’saħħtu huwa s-sinsla tal-paċi industrijali li tirrenja f’pajjiżna u l-progress ekonomiku u soċjali li ksibna fl-aħħar snin.

Progress bi skop biex it-tkabbir ekonomiku bla preċedent jissarraf f’saħħa aħjar għal kulħadd, edukazzjoni tajba għall-istudenti tagħna u titjib fil-ħarsien soċjali biex ħadd ma jaqa’ lura.Aqra aktar

L-MPE Marlene Mizzi: Il-baġit għandu jservi biex l-Erasmus+ ikun aċċessibbli għal kulħadd

Id-Deputat Parlamentari Ewropew Marlene Mizzi saħqet fuq il-bżonn li l-program Erasmus għandu jkun aktar inklussiv u miftuħ biex aktar żgħazagħ ikunu jistgħu jesperjenzaw skambji ta’ tagħlim fl-Ewropa. Hija qalet dan matul id-dibattitu fil-plenarja tal-Parlament Ewropew “Erasmus: Il-Programm tal-Unjoni għal Edukazzjoni, Taħriġ, Żgħażagħ u Sport”.

Aqra aktar

Send this to a friend