Notifiki

NIBDEW NUŻAW IL-GASS

Din is-sena se tkompli r-road map tal-enerġija għal arja aktar nadifa u kontijiet irħas. U għall-ewwel darba nibdew nużaw il-gass għall-ġenerazzjoni tal-elettriku.

Din is-sena Malta se tilħaq 50% tal-miri tal-enerġija rinnovabbli għall-2020 u l-Enemalta se tagħti l-opportunità lill-pubbliku biex jinvesti fis-solar farms, anke permezz ta’ solar bonds li jiffinanzjaw PV panels f’żoni pubbliċi. It-tankijiet tal-fuel f’nofs Birżebbuġa jibdew jitneħħew minn din is-sena.

 

Biex teħel inqas fit-traffiku

Minn din is-sena se jingħata tnaqqis fit-taxxa lil dawk il-kumpaniji li jipprovdu trasport b’xejn lill-ħaddiema tagħhom. Dan it-tnaqqis se jitla’ għal 150% tal-ispiża, sa massimu ta’ €35,000 fis-sena fil-każ ta’ kumpanija li tipprovdi dan is-servizz weħidha u sa massimu ta’ €50,000 fis-sena għal kull kumpanija li topera dan is-servizz bi sħab ma’ kumpanija oħra.

Filwaqt li dawk kollha li jagħlqu t-18-il sena matul l-2017 se jivvjaġġaw b’xejn fuq tal-linja billi jingħataw rifużjoni f’Tallinja card tagħhom.

Aqra aktar

Inqas burokrazija

Biex iż-żmien li jitwaqqaf negozju minn tletin jum jonqos għal tlett’ijiem, b’seħħ mil-lum, l-ewwel ta’ Jannar, 2017, il-ħwienet u postijiet oħra kummerċjali mhux se jkollhom aktar il-ħtieġa ta’ liċenzja tal-kummerċ biex imexxu l-attività kummerċjali tagħhom.

Din hija biss inċentiva waħda immirata lejn it-tnaqqis tal-burokrazija u li tħajjar l-investiment f’pajjiżna.

 

TLIET MISTOQSIJIET : bihom jiftaħ ir-risposta tiegħu l-Prim Ministru

Il-Prim Minsitru Joseph Muscat qal li hemm tliet mistoqsijiet li kull min qed isegwi diskors illejla jrid jagħti tweġiba għalihom

1.Malta llum sejra aħjar minn li kienet sejra tlett snin u nofs ilu?

2.Int u l-familja tiegħek sejrin aħjar minn li kontu tlett snin u nofs ilu?

3.Int u l-familja se tmorru saħansitra aħjar fis-sena u nofs u aktar li ġejjin?

Aqra aktar

Jerġa’ jgħid li ż-żgħir instema’

Id-Direttur Ġenerali tal-Caritas Leonid McKay kellu dikjarazzjonijiet ċari meta reġa’ tkellem dwar il-baġit 2017. Filwaqt li ma daħalx fil-kontroversja politika li prova jdaħħal lill-Caritas fiha l-Partit Nazzjonalista, McKay stqarr li dan huwa baġit taż-żgħir li f’ismu tant titkellem l-organizazzjoni tiegħu. Meta kien intervista mis-sit ta’ The Malta Independent, Mc Kay insista dwar din il-frażi għal iktar minn darba.  Aqra aktar

“Baġit li se jkun qed isolvi waħda mill-ikbar problemi ta’ studenti Universitarji” – Il-President tal-FŻL

Iż-żgħażagħ u l-baġit, ilbieraħ tħabbru numru ta’ miżuri li se jkunu qed jolqtu direttament liż-żgħażagħ. ONE News tkellem dwar dawn il-miżuri mal-President tal-Forum Żgħażagħ Laburisti, Dr Alex Saliba, li fi kliemu fisser kif dan il-budget se jkompli jagħti kwalitá ta’ ħajja aħjar liż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin permezz ta’ diversi inizjattivi.
Aqra aktar

Il-Gvern sodisfatt bir-reazzjoni tal-Maltin għall-baġit

Dan il-Gvern irrikonoxxa l-limiti tiegħu u intervjena bl-aktar mod massiċċ biex dawk l-istrati tas-soċjetá li ħassewhom mhux igawdu, u li mhux mexjin ‘il quddiem, jibdew igawdu mill-ġid ta’ dan il-Gvern.

Kien dan il-messaġġ tal-Prim Ministru f’konferenza tal-aħbarijiet l-għada li kien ippreżentat il-baġit. Fi kliem il-Prim Ministru l-familji u n-negozji fehmu li dan il-baġit huwa parti minn road map, direzzjoni politika, bl-għan li l-ġid jasal għand kulħadd.
Aqra aktar

Send this to a friend