ba – One News

Notifiki

ARA: Portelli taħt pressjoni kbira wara l-istħarriġ tal-BA

Il-Kap Eżekuttiv tal-midja tal-Partit Nazzjonalista, Pierre Portelli, jinsab taħt pressjoni kbira wara l-istħarriġ tal-Awtorità tax-Xandir li kien ippubblikat it-Tlieta li għadda. F’dan l-istħarriġ, l-istazzjonijiet tal-Partit Nazzjonalista komplew jaqgħu lura meta mqabbla mal-istazzjonijiet ONE, u internament qed jingħad li Portelli, imħallas somom kbar ta’ flus, wiegħed mod ieħor meta impona lilu nnifsu fit-tmexxija tal-istazzjon.

Artiklu fil-gazzetta Kullħadd spjega kif l-istħarriġ ta’ Ottubru kien mistenni, għaliex is-sajf li għadda Pierre Portelli daħal f ’kontroversji kbar biex jaqdi lilu nnifsu u nies oħra li jaf hu għall-iskedi l-ġodda tal-istazzjon NET. Tant kien kbir il-kunflitt ta’ interess, li kien spiċċa jmur fuq ir-radju jiddefendi lilu nnifsu mill-akkużi ta’ partitarji Nazzjonalisti ġenwini li ma setgħux jemmnu dak li kien qed jiġri.Aqra aktar

ID-DIBATTITU JIKKONFERMA: GĦAŻLA ĊARA FIT-3 TA’ ĠUNJU

Fl-aħħar dibattititu tax-xandir bejn il-Prim Ministru Joseph Muscat u l-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil qabel l-elezzjoni ġenerali, ħarġet bl-aktar mod ċar l-għażla li l-poplu għandu quddiemu fit-tlieta ta’ Ġunju.

Jew Prim Ministru pożittiv bi pjan konkret li jwassalna għall-aqwa żmien ta’ pajjiżna, jew Kap tal-Oppożizzjoni dgħajjef maħtuf ostaġġ mill-forzi konservattivi u l-koalizzjoni tal-konfużjoni.Aqra aktar

Send this to a friend