ażerbajġan – One News

Notifiki

Irrapportati attakki f’Nagorno-Karabakh minkejja l-waqfien mill-ġlied

Minn tal-inqas disa’ persuni mietu waqt bumbardament li seħħ matul il-lejl ta’ bejn is-Sibt u l-Ħadd minn forzi Armeni fil-belt ta’ Ganja fl-Ażerbajġan. Dan l-attakk seħħ ftit sigħat wara li daħal fis-seħħ il-waqfien temporanju mill-ġlied bejn l-Armenja u l-Ażerbajġan. Skont xhieda u l-midja Armena, l-attakki saru tard is-Sibt filgħaxija.Aqra aktar

Bil-Filmati: Nirien jaħkmu ċentru ta’ rijabilitazzjoni tad-droga

Nirien ħakmu ċentru ta’ rijabilitazzjoni tad-droga f’baku, il-kapitali tal-Ażerbajġan, fejn mietu minn tal-inqas sitta u għoxrin persuna.

Filmati li xxandru fuq it-televiżjoni tal-pajjiż juru nirien ħerġin mit-twieqi mbarrati ta’ binjiet għoljin sular wieħed biss.

L-aġenzija tal-aħbarijiet tal-Ażerbajġan qalet li erba persuni ttieħdu l-isptar. Il-kawża tan-nirien għadha mhix magħrufa.

Relazzjonijiet mill-qrib bejn Malta u l-Ażerbajġan

Malta tħares ’il quddiem li jkun hemm relazzjonijiet ġodda mal-Ażerbajġan -minkejja l-kritika li ssir lill-Gvern Malti f’dan ir-rigward.

Qal dan il-Prim Ministru Joseph Muscat it-Tnejn filgħaxija f’laqgħa mal-Ministru għall-affarijiet barranin tal-Azerbaijan Elmar Mammadyarov.

Aqra aktar

Send this to a friend