awtorita – One News

Notifiki

Awtorità ġdida għall-isport taż-żwiemel f’Malta

EquestriMalta, hija l-awtorità l-ġdida li se tkun responsabbli mill-isport taż-żwiemel f’pajjiżna. L-għan ewlieni ta’ din l-awtorità hija li tara l-isport ikompli jikber u jsir ferm aktar professjonali. Filwaqt li se tassigura li l-operatur li se jkun qed jieħu ħsieb il-bini mill-ġdid tal-korsa taż-żwiemel tkun skont l-istandards internazzjonali indikati fil-kuntratt maħruġ mill-Gvern.Aqra aktar

ONE News b’udjenza massima ta’ 66,000- id-doppju ta’ NET News

L-aħħar stħarriġ mill-Awtorità tax-Xandir għax-xahar ta’ Ottubru juri kif ONE News għandu udjenza massima ta’ 66,000 persuna. Dan filwaqt li NET News għandu udjenza massima ta’ 27,000 persuna.

Dan ifisser li ONE News huwa segwit minn aktar mid-doppju tal-persuni li jsegwu l-aħbarijiet fuq l-istazzjon tal-Partit Nazzjonalista. Interessanti wkoll li f’ċertu ġranet l-udjenza tal-aħbarijiet ta’ ONE tqarreb dik tal-istazzjon Nazzjonali.Aqra aktar

Titnieda white paper dwar Awtorità ġdida dwar il-bini

Il-Gvern nieda white paper għall-konsultazzjoni pubblika li se twassal biex tinħoloq Awtorità ġdida dwar il-Bini u l-Kostruzzjoni. Waqt business breakfast it-Tlieta filgħodu, il-kordinatur tal-proġett Carlo Mifsud qal li l-awtorità se jkollha l-qafas regolatorju biex tgħolli l-istandards.

Qal li l-white paper qed tipproponi li erba’ entitajiet preżenti jingħaqdu taħt awtorità waħda.Aqra aktar

Bil-filmat: 7% inqas ilmenti għand l-ombudsman

Is-sena li għaddiet naqsu b’sebgħa fil-mija r-rapporti li daħlu għand l-Ombudsman Parlamentari.

Irrapurtat dan il-gażżetta Kullħadd, fejn fir-rapport annwali tiegħu, l-Ombudsman jikteb li fl-elfejn u sbatax daħlu għandu ħames mija u għoxrin każ bil-maġġoranza minnhom ssolvew bil-kelma t-tajba.

Aqra aktar

TA’ FRA BEN: L-MTA u l-Awtorità tal-Artijiet jieħdu azzjoni

F’azzjoni konġunta bejn l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) u l-Awtorità tal-Artijiet , saret ħidma ta’ infurzar biex tneħħew oġġetti li kienu qed jintramaw fil-bajja Ta’ Fra Ben fil-Qawra.

Għall-ħabta tas-sebgħa ta’ dalgħodu, tneħħew madwar mitt sunbed u 33 umbrella, fost għamara oħra bħal bażijiet li fuqhom jitwaħħlu l-umbrelel.  B’kollox inġarru żewġ trakkijiet b’oġġetti li kienu fuq din il-bajja.Aqra aktar

Il-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala kontra t-twaqqiegħ ta’ binja antika

Il-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala waqt is-seduta li għamel il-Ħamis, iddeċieda bi qbil unanimu fost il-Kunsilliera preżenti biex jappella kontra d-deċiżjoni mogħtija mil-Awtorità tal-Ippjanar fir-rigward ta’ PA2240/17 li tikkonċerna twaqqiegħ ta’ waħda mill-eqdem binjiet li jeżistu f’Marsaskala.

Din il-binja għandha ‘l fuq minn mitt sena.

Aqra aktar

Istituzzjoni oħra taħt attakk mill-PN – din id-darba l-Awtorità tax-Xandir

Il-Partit Nazzjonalista għal darb’oħra ħareġ qatta’ bla ħabel kontra l-istituzzjonijiet ta’ pajjiżna u oġġezzjona l-ħatra ta’ Martin Micallef bħala chairman tal-Awtorità tax-Xandir.

Micallef hu gradwat b’Masters fil-Komunikazzjoni tal-Massa u għandu 40 sena esperjenza fl-oqsma tax-xandir lokali u internazzjonali. Dan minbarra li serva bħala Segretarju Ġenerali tal-Kamra tal-Kummerċ tal-Italja f’Malta.

Aqra aktar

Investiment ta’ €14-il miljun fil-housing u l-enerġija

Erbatax-il miljun ewro ta’ fondi Ewropej se jiġu investiti fil-qasam tal-housing u l-enerġija.

Is-Segretarju Parlamentari għall-fondi Ewropej Ian Borg spjega li €10 miljun tal-ammont imsemmi se tkun qed tibbenefika minnhom l-Awtorità tad-djar li se tkun qed tinvestihom f’xogħol ta’ manutenzjoni fuq djar tal-housing, bil-ħsieb li jiġu modernizzati, fost oħrajn bl-installazzjoni ta’ lifts.

Aqra aktar

Send this to a friend