awtorita tal ippjanar – Page 4 – One News

Notifiki

L-Awtorità tal-Ippjanar b’bażi biex tirtira permess ta’ dar f’Kerċem

Il-Bord tal-Ippjanar ser jiddiskuti u jiddeċiedi jekk għandux jigi irtirat permess ta’ żvilupp li ngħata fuq sit protett ta’ Għar Għerduf fil-Kercem, Għawdex.

Fi stqarrija, l-Awtorità tal-Ippjanar qalet li f’Jannar li għadda, ngħata permess għall-iżvilupp biex tinbena terraced house fuq żewġ sulari. Meta l-applikazzjoni kienet qed tiġi pproċessata, id-Direttorat tal-Ippjanar ikkunsidra is-sit bħala żona arkeoloġika Klassi B.
Aqra aktar

Ftehim biex isir Mużew tat-Trasport f’Birkirkara – l-ewwel tat-tip tiegħu f’Malta

L-Awtorità tal-Ippjanar għadha kif iffirmat ftehim mal-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara fejn se tkun qed tiffinanzja parti mill-ewwel mużew għat-Trasport f’Malta. Il-mużew se jkun qed isir fil-binja fejn qabel kien hemm l-istazzjon tal-ferrovija li jinsab fi Ġnien l-IStazzjon. L-Awtorità ffirmat ukoll ftehim mal-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala sabiex tiffinanzja b’mod sħiħ ir-resurfacing tal-karreġġjata fi Triq il-Qaliet. Għal dawn iż-żewġ proġetti, l-Awtorità se tkun qed tinvesti €500,000 mill-fond bl-isem, Development Planning Fund, li nħoloq riċentament.

Aqra aktar

Mill-uffiċini għall-parkeġġ jaħslu l-karozzi b’risq Puttinu

Minn ġranet impenjativi fl-uffiċċini tal-Awtorità tal-Ipjannar għal ġurnata ta’ ħasil ta’ karozzi għal għan nobbli.

L-Erbgħa filgħodu, il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Ippjanar, Johann Buttigieg, flimkien mat-tmien Diretturi u assistenti Diretturi ħaslu l-karozzi tal-impjegati tal-istess awtorità.

B’kollox inħaslu aktar minn ħamsa u tlettin karozza.

Aqra aktar

Linji gwida ġodda biex tiġi indirizzata d-domanda għall-faċilitajiet ta’ childcare

Wara li l-Gvern introduċa numru ta’ miżuri li qed jinkoraġġixxu iktar nisa jerġgħu jidħlu lura fis-suq tax-xogħol, l-Awtorità tal-Ippjanar ippublikat dokument ta’ gwida aġġornat tal-ippjanar għall-użu tal-art sabiex iwieġeb għad-domanda dejjem tikber minn ġenituri għal iktar faċilitajiet ta’ child care.

F’dan id-dokument il-kunsiderazzjonijiet ewlenin tal-ippjanar għall-użu tal-art jaqgħu fi tliet oqsma tematiċi: is-sit, l-adegwatezza u d-daqs tal-binja, u l-impatt potenzjali fuq il-ġirien.

Aqra aktar

Il-Qriema se jaraw bidla f’tal-Bajjad

L-Awtorità tal-Ippjanar ippublikat pjan ta’ reviżjoni għaż-żona tal-Bajjad f’Ħal Qormi. Din ir-reviżjoni saret bl-għan ewlieni li jiġu indirizzati l-kunflitti tal-iżvilupp li fi kliem l-Awtorità qed jaffettwaw il-kwalitá tal-ħajja tar-residenti li jgħixu f’din iż-żona.

Aqra aktar

GeoPortal: sistema ġdida tal-Awtorità tal-Ippjanar

L-Awtorità tal-Ippjanar nediet sistema ta’ informazzjoni ġeografika online li se tippermetti lil dak li jkun jaċċessa l-informazzjoni aktar malajr u b’mod aktar faċli.

Is-sistema l-ġdida se tibda tintuża minflok il-Mapserver lihemm bħalissa. Fi kliem sempliċi, il-GeoPortal se jippermetti integrazzjoni aħjar ta’ mapep ma’ applikazzjonijiet u informazzjoni ġeografika. B’hekk ukoll ikun hemm aktar trasparenza. Is-servizz ġdid se jkun disponibbli wkoll fuq il-mobile.

Aqra aktar

Send this to a friend