awtorita tal ippjanar – Page 3 – One News

Notifiki

Jitneħħew iktar billboards illegali

Nhar il-Ħamis filgħaxija, l-Awtorità tal-Ippjanar kompliet tneħħi billboards illegali skond l-Avviż Legali 36 ta’ l-2018 li daħal fis-seħħ fit-2 ta’ Frar. Dawn ir-regolamenti riveduti jiffaċilitaw il-kontroll ta’ billboards illegali mill-Awtorità tal-Ippjanar u awtoritajiet kompetenti oħra.Aqra aktar

Il-billboards kienu illegali – tikkonferma l-Awtorità tal-Ippjanar

L-Awtorità tal-Ippjanar ikkonfermat fi stqarrija li l-billboards kollha mneħħija waqt azzjoni diretta nhar il-Ġimgħa filgħaxija ġew innotifikati b’avviż ta’ tneħħija xhur ilu, sabiex jagħtu biżżejjed żmien lis-sidien ta’ dawn l-istrutturi illegali biex ineħħuhom. Oħrajn ġew innotifikati b’avviż nhar il-Ġimgħa u se jitneħħew jekk is-sidien tal-istrutturi illegali ma jneħħuxhom f’ħin adegwat.

L-azzjoni tal-Awtorità li għadha għaddejja qiegħda ssir f’kollaborazzjoni ma’ Enemalta. Fil-fatt, instab li f’numru ta’ każijiet kien qed jinsteraq l-elettriku sabiex jinxtegħlu l-billboards.Aqra aktar

Il-billboards fit-toroq taħt Transport Malta – allokati billboards għall-karità

Mill-Ġimgħa li ġej se jidħlu fis-seħħ regolamenti ġodda dwar l-użu ta’ ‘billboards’ u tabelli ta’ reklami fit-toroq Maltin.

Il-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura Ian Borg u s-Segretarju Parlamentari għall-Ipjannar Chris Agius qal li r-regolament l-ġodda se jwassalu għal aktar sigurtà u ambjent isbaħ fit-toroq Maltin.
Is-Segretarju Parlamentari Agius qal li l-Uffiċċju tal-President ta’ Malta se jiġi eżentat milli jħallas il-permessi għal għaxar billboards waqt li l-għaqdiet sportivi mhux se jħallsu għall-billboards fi propjeta tagħhom.

L-għaqdiet mhux governattivi se jkollhom aċċess għal għaxar billboards pprovduti mill-gvern.

Il-Ministru Borg qal li din ir-riforma se twassal għall-iżjed organizzazzjoni fit-toroq Maltin. Tenna li l-propjetarji tal-billboards għandhom tliet xhur biex jirregolaw ruħhom.

Borg qal ukoll li proċess simili ser jiġi mplimentat għar-regolarizzazzjoni tal-‘bicycle racks’ madwar il-pajjiż. Borg qal: Il-kunċett huwa l-istess li min se jagħmel użu tal-art jikkontribwixxi u dak li jkun jivvjaġġa b’alternattiva ta’ trasport fejn il-prezz jinżamm minimu u mhux ikollna bike racks ifaqqsu mingħajr ma nkunu nfurmati.’

Dwar l-abbużi tal-imwejjed u s-siġġijiet fuq art pubblika, Dr Borg qal li l-Awtorità tal-Artijiet diġà żiedet l-infurzar tagħha u ser tagħmel pjan biex tindirizza l-problema u taqta’ l-abbużi ta’ xi wħud darba għal dejjem.

Aqra aktar

Konsultazzjoni pubblika dwar l-introduzzjoni ta’ regolamenti mmirati kontra r-rimi u r-reklamazzjoni tal-art illegali

Ġiet imtella’  konsultazzjoni pubblika dwar il-liġi tal-afforestazzjoni mill-ERA u mill-Awtorità tal-Ippjanar, liema liġi titratta r-rimi illegali u r-reklamazzjoni tal-art illegali u li tħares ’il quddiem lejn il-protezzjoni u l-ħarsien tal-art agrikola u naturali. Preżenti għall-avveniment kien hemm il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali Ian Borg, il-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima José Herrera u s-Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u s-Suq tal-Proprjetà Chris Agius, kif ukoll diversi NGOs u membri tal-pubbliku.

Il-Ministru Ian Borg qal li din il-konsultazzjoni hi parti essenzjali minn proċess li se jagħti spinta lis-salvagwardja tal-ambjent hekk kif is-sitwazzjoni preżenti hi relattivament allarmanti bi 377 każ ta’ rimi illegali f’aktar minn 190 sit – uħud pubbliċi u oħrajn privati. Il-Ministru għamilha ċara li regoli bħal dawn iridu jitħejjew u li d-deċiżjonijiet iridu jittieħdu, iżda insista dwar l-importanza tal-konsultazzjoni favur it-trasparenza u l-inklużjoni totali.

Aqra aktar

Irrifjutat permess qrib sit storiku f’Kerċem

Il-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar m’approvax il-permess ta’ żvilupp ta’ żewġ sulari f’żona fejn hemm sit storiku f’Għar Għerduf, f’Kerċem. F’Ottubru tas-sena elfejn, iż-żona t’Għar Għerduf tpoġġiet f’kategorija A bħala sit arkeoloġiku.

Sadanittant l-istess Awtorità approvat ir-rilokazzjoni ta’ pompa tal-petrol minn żona urbana fil-Mosta għall-Magħtab, limiti tan-Naxxar. Fi stqarrija, il-bord irrimarka li l-proposta tar-rilokazzjoni hi konformi mal-policy dwar is-servizzi tal-pompi tal-petrol.

L-iżvilupp fil-Magħtab se jinkludi ħames postijiet minn fejn jingħata t-titlu u spazju fejn jinħaslu l-karozzi.

BFA ordnat ineħħi l-illegalitajiet

Beppe Fenech Adami dejjem ċaħad li kellu illegalitajiet u saħansitra rebaħ libell fil-Qorti kontra ONE NEWS li żvela l-istorja.

Iżda, jirriżulta li eventwalment għamel applikazzjoni biex jissanzjona l-illegali u minn dak irrapportat fl-orizzont jirriżulta li Awtorità tal-Ippjanar qaltlu li jrid ineħħi dak li għamel bla permess u kontra r-regoli għal żoni ODZ biex imbagħad tkun tista’ tikkunsidra passi oħra.

Aqra aktar

Se jiġi riabilitat Wied il-Għasel

Fi stqarrija l-Awtorità tal-Ippjanar  qalet Wied il-Għasel – il-wied li ispira mijjiet ta’ artisti lokali – se jiġi mnaddaf hekk kif approvat l-applikazzjoni sabiex isir ir-rinnovar ta’ wieħed mill-isbaħ widien ta’ Malta.

Aqra aktar

L-Awtorità tal-Ippjanar b’sit elettroniku ġdid

L-Awtorità tal-Ippjanar qed tippjana li nofs il-ħaddiema minn tliet mija tmienja u erbgħin impjegat tagħha, jibdew jaħdmu minn djarhom.

Pass li jista’ jsir hekk kif l-Awtorità tal-Ippjanar nediet sit elettroniku ġdid, li fost l-oħrajn jagħti faċilità lill-ħaddiema jaħdmu minn fuq is-sit fil-kumdità ta’ djarhom.

Ic-Chairman Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Ippjanar, Johann Buttigieg, qal li sa issa diġà hemm għoxrin impjegat li qed jaħdmu bl-iskema tat-teleworking . Filwaqt li ssaħħaħ l-impenn tal-awtorità li tkun aktar flessibli mal-impjegati tagħha.

Aqra aktar

Send this to a friend