Phillip Galea: l-estremist fl-Awstralja li studja sew il-post fejn pjana li JOQTOL

Estremist deskritt bħala “Vittorjan” u kontra l-Iżlam bl-isem ta’ Phillip Michael Galea studja sew il-post fejn pjana li jwettaq attakk permezz ta’ bomba. Dan qed tallegah il-Pulizija Awstrljana.

F’moħħu kellu li jeqred lil kull min għandu ideoloġija xellugija. Galea għandu 31 sena u jinsab akkużat ukoll li prova jaqabbad persuni jgħinuh iwettaq il-pjan fatali tiegħu.

Jinsab akkużat b’żewġ offiżi relatati ma terroriżmu bejn Settembru 2015 u l-bidu ta’ Awwissu ta’ din is-sena.

Aqra aktar

Imutu n-nies fuq rikba f’park ta’ divertiment fl-Awstralja

Minn tal-inqas erba’ persuni tilfu ħajjithom fl-Awstralja wara inċident fuq waħda mir-rikbiet fil-park tad-divertiment Dreamworld fil-Gold Coast. Il-Pulizija ta’ Queensland iddeskriva l-inċident fil-park bħala wieħed kritiku. Dreamworld huwa l-ikbar park tad-divertiment fl-Awstralja, b’aktar minn ħamsin attrazzjoni għall-familja kollha. Fi stqarrija li ħarġet ftit tal-ħin ilu mill-amministrazzjoni tal-istess park, kienu kkonfermati tlett’imwiet.

Kowċ Malti jwassal tim Awstraljan għar-rebħ

Il-ps4 National Premier League ta’ West Australia  intrebaħ minn Perth SC f’dan tmiem il-ġimgħa.

Fl-aħħar logħba tan it-tim rebaħ lil Sorrento FC, bl-iskor ta’ 1-0.  L-uniku gowl tal-logħba kien skorjat mill-captain Daryl Platten.

Dan kien league iehor f’art imbegħda li mhux normalment isib postu fl-aħbarijiet lokali Maltin, li kieku ma kienx għall-kowċ ta’ Perth SC, li huwa l-Malti Ramon Falzon.

Falzon, li ilu l-Awstralja għal dawn l-aħħar seba’ snin, ingħaqad ma’ Perth SC dan l-istaġun wara sentejn ma’ Balcatta FC.  Hu ngħaqad ma’ Perth SC bħala assistent ta’ Gareth Naven, li fil-bidu ta’ Ġunju kien offrut il-post ta’ kowċ ta’ Melbourne Victory.

Aqra aktar

Ma tistax iċċapċap!

Skola f’Sydney iddeċidiet li t-tfal li jattenduha ma jistgħux iċapċpu. Minflok, għandhom jifirħu fis-skiet, jew inkella jagħmlu wċuħ eċitati, jew inkella jagħtu bil-ponn fl-arja.

Din l-idea stramba ġiet introdotta minħabba studenti li huma sensittivi għal ħoss. Jemmnu wkoll li billi ma jħalluhomx iċapċpu, iwaqqfu ħafna ċalqlieq bla bżonn fil-klassijiet.

Din hija waħda minn serje ta’ miżuri fi skejjel fl-Awstralja li spiċċat fil-mezzi tax-xandir. Skejjel oħra għamluha mhux premessibbli li wieħed jgħannaq lill-ieħor.

Minn jaf kieku dawn jiġru hawn Malta?

Jirrapporta lil missieru għax ħaraqlu l-kannabis!

Raġel Awstraljan, b’rabja kbira fuqu, ċempel lill-Pulizija jirrapporta lil missieru,  għaliex kien qed jaħraqlu oġġetti minn tiegħu.

Tistgħu timmaġinaw kif baqgħu ħalqhom miftuħa l-awtoritajiet meta f’belt fit-Tramuntana tal-Awstralja sabu munzell kbir pjanti tal-kannabis jieħu n-nar. Il-missier u l-iben kienu ilhom jargumentaw dwar il-pjanti tal-iben, li kienu jġibu kemxa flus mhux ħażin.

Aqra aktar

Appell biex il-Prim Ministru Awstraljan jirriżenja

Il-Kap tal-Oppożizzjoni fl-Awstralja ħeġġeġ lill-Prim Ministru jirriżenja. Dan wara li ħadd ma ġab il-kwota ta’ 76 siġġu biex jifforma Gvern.

L-għadd tal-voti kompla t-Tlieta filgħodu iżda r-riżultat baqalu biex ikun magħruf. Xi ħaġa li se twassal għal iktar instabbilita politika u ekonomika fl-Awstralja.

Aqra aktar

Send this to a friend