Ġiet mnedija l-ewwel edizzjoni tal-Premji Nazzjonali għax-Xjenza, Teknologija, l-Inġinerija u l-Matematika, magħrufin wkoll bħala s-suġġetti STEM li se jkunu qed jingħataw fiċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza, l-Esplora kull sentejn.Aqra aktar

Ġiet mnedija l-ewwel edizzjoni tal-Premji Nazzjonali għax-Xjenza, Teknologija, l-Inġinerija u l-Matematika, magħrufin wkoll bħala s-suġġetti STEM li se jkunu qed jingħataw fiċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza, l-Esplora kull sentejn.Aqra aktar
Studenti u għalliema minn 5 skejjel sekondarji differenti llum kienu ppremjati għall-kisbiet tagħhom tul l-aħħar sena skolastika (2017-18) fi ħdan il-programm ta’ BirdLife Malta Dinja Waħda fis-Sekondarja għall-edukazzjoni ambjentali u sostenibbli permezz tal-kirrikulu.
Fil-FIFA Best Awards li saru f’Londra il-bierah, il-midfielder internazzjonali Kroat ta’ Real Madrid Luka Modric għeleb l-isfida ta’ Cristriano Ronaldo u Mohammed Salah biex rebaħ l-unur tal-aqwa player tal-FIFA.
F’konferenza stampa fil-binja tal-Awtorità tal-Ippjanar, tnediet it-tieni edizzjoni tal-Malta Architect Awards, bil-għan li jiġu rikonoxxuti l-periti lokali għall-proġetti ta’ disinn ta’ kwalità għolja li qed ifasslu l-futur tal-pajjiż.
Permezz ta’ iMNG Ltd u bl-appoġġ tal-Awtorità tal-Ippjanar, l-awards qed jiġu organizzati bl-iskop li jqajmu kuxjenza pubblika dwar il-valur tal-arkitettura, u tal-kultura ta’ eċċellenza li numru ta’ periti jġibu għall-proġetti tagħhom.
Qed jgħidu li l-kantanta Adele qabdet il-Grammy award għall-aħjar album u tagħtu lil Beyonce, għax qalet li jixirqilha aktar.
L-istilla tal-mużika pop ingħatat l-aqwa unur wara li għamlet miljuni kbar bl-album ’25’, iżda lill-udjenza waqt l-għoti tal-unuri qaltilha: “Ma nistax naċċetta dan il-premju”. Qalet ukoll li tinsab onorata u grata, imma Beyonce hija l-artista li l-aktar tammira. Dan fl-isfond ta’ ilmenti li l-Grammy awards ma jippremjawx artisti ta’ karnaġjon skur.
“Grazzi tas-sehem li qed tagħtu biex inkomplu nsaħħu l-Kura Primarja”
Dan kien l-awgurju li ta l-Ministru għas-Saħħa lir-rebbieħa tal-Primary Healthcare Awards 2016, meta aktar kmieni llum iltaqa’ magħhom waqt riċeviment tal-okkażjoni.
L-Istitut tal-Ġurnalisti Malti nieda s-27 edizzjoni tal-kompetizzjoni annwali għall-ġurnalisti magħrufa bħala l-Malta Journalism Awards.
Din is-sena hemm b’kollox hemm dsatax-il kategorija differenti, b’tlieta minnhom ikunu ġodda.
L-Awtorità Maltija għat-Turiżmu għelbet il-kompetizzjoni ta’ dawk Barbados, Queensland u Abu Dhabi biex rebħu l-ikbar unur fir-Renju Unit fil-qasam tan-negozju, dak ta’ ‘Tourist Board of the Year’. It-TTG Awards ikunu organizzati kull sena u jkunu mistennija ħafna mill-industrija tat-turiżmu.
Jekk inti tħobb tiekol, għandi aħbar tajba għalik dan għaliex l-aqwa ristorant ta’ din is-sena huwa propju fl-Italja.
‘Osteria Francescana’ ikklasifika fl-ewwel post bħala l-aqwa ristorant tal- 2016. Is-sena l-oħra kien ‘El Celler de Can Roca’ ġewwa Spanja, li rebaħ dan il-premju.
Ir-ristorant rebbieħ li jinsab fil-belt żgħira ta’ Modena fin-Nofsinhar tal-Italja ikklasifika fit-tieni post fl-Awards tas-sena 2015.
Send this to a friend