avukat ġenerali – One News

Notifiki

Mara ta’ integrità u esperjenza

Fil-jum tal-Erbgħa Victoria Buttigieg bdiet isservi bħala l-Avukat Ġenerali l-ġdid ta’ pajjiżna. Aqra aktar

Il-Gvern jaħtar inkjesta indipendenti biex tinvestiga l-aġir tal-Avukat Charles Mercieca

Il-Ministru għall-Ġustizzja ħatar lill-Prim Imħallef Emeritus Joseph Azzopardi sabiex imexxi inkjesta indipendenti wara li fl-aħħar ġranet kien irrappurtat li l-avukat Charles Mercieca, li kien impjegat fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali rriżejna mill-impjieg tiegħu u l-għada tar-riżenja tiegħu beda jiddefendi lin-negozjant Yorgen Fenech, s-suspett mandant fi qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Aqra aktar

L-AG jsostni li l-inkjesta Egrant m’għandhiex tiġi ppubblikata issa biex ma tippreġudikax l-investigazzjonijiet tal-Pulizija

L-Avukat Ġenerali Peter Grech reġa’ sostna fil-Qorti li r-rapport tal-inkjesta Egrant m’għandux jiġi ppubblikat b’mod sħiħ biex ma jiġux ippreġudikati investigazzjonijiet li għaddejjin mill-pulizija u anke minħabba kontijiet bankarji ta’ terzi li jissemmew fl-inkjesta. Dr Grech qal dan waqt it-trattazzjoni fil-kawża li fetħalu l-Kap tal-Oppożizzjoni biex jagħtih kopja sħiħa tal-inkjesta Egrant.

Inkjesta li sabet li saret gidba fil-konfront tal-Prim Ministru Joseph Muscat, martu u familtu meta ġie allegat li l-kumpanija Egrant hija tal-familja Muscat. Bl-eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil mexxa kampanja fuq din il-gidba ċċertifikati fil-konfront tal-Prim Ministru u martu.Aqra aktar