Austin Gatt – One News

Notifiki

Kif spiċċaw il-bużullotti!

Din il-ġimgħa l-operatur tat-trasport pubbliku ħabbar il-figura ta’ kemm nies użaw it-trasport pubbliku fis-sena li għada kif għaddiet. 53.4 miljun passiġġier għażlu li jużaw dan il-mezz tat-trasport. Dan ifisser li qed naraw żieda ta’ 11.3% fl-użu mis-sena 2017 għas-sena 2018; żieda li tfisser aktar minn 5 miljun passiġġier minn sena għal oħra. Is-sena 2018 tfisser ukoll żieda ta’ 61.3% fl-użu tat-trasport pubbliku meta mqabbla mas-sena 2011.Aqra aktar

“PURĊINELL” – Austin Gatt u Ernest Tonna lil Ian Castaldi Paris

In-nutar Ian Castaldi Paris spjega inċident li ġralu llum il-Belt Valletta, fejn l-eks Ministru Austin Gatt u Ernest Tonna għajruh “purċinell”.

Dan huwa l-istess Ernest Tonna li huwa wieħed minn ta’ ġewwa fid-Dar Ċentrali, magħruf l-iktar għall-appoġġ lil eks Ministru Austin Gatt, u li daħħal iktar minn €217,000 bħala ‘authorized officer’ ta’ Kunsilli Lokali. Dan fl-istess żmien li gawda wkoll minn ħatriet fil-Malta Freeport Corporation, li tagħha kien responsabbli l-istess Austin Gatt. Dan minbarra l-famuż garaxx li ħa bi pjaċir bil-firma ta’ Jason Azzopardi.

Aqra aktar

Austin Gatt jirtira allegazzjoni ta’ “frame up”

L-eks Ministru Austin Gatt irtira l-allegazzjoni li l-Ministri Evarist Bartolo u Manuel Mallia u l-avukat David Farrugia Sacco riedu jgħamlulu “frame up.” Dan b’rabta ma’ konferenza tal-aħbarijiet qabel l-elezzjoni ġenerali li għaddiet b’rabta mal-iskandlu taż-żejt.

Aqra aktar

“IRRELEVANTI LTQAJTX MA’ GEORGE FARRUGIA” – CLAUDIO GRECH

Id-deputat Nazzjonalista,Claudio Grech, qed jibqa’ jinsisti li ma jiftakarx li ltaqa’ ma’ George Farrugia, anke jekk fil-Qorti Farrugia xehed li ltaqa’ miegħu iktar minn darba. Iktar minn hekk il-maltatoday kienet żvelat ukoll imejl li jgiddeb lil Claudio Grech. Peró fi stqarrija tard ilbieraħ Grech qal “Jiena diġà għedt li ma niftakarx li ltqajt mas-Sur George Farrugia.

Aqra aktar

“Xhieda ġuramentata fil-Qorti tikkonferma li Claudio Grech gideb quddiem il-PAC”

Stqarrija maħruġa mill-Partit Laburista tgħid kif xhieda ġuramentata fil-Qorti minn negozjant taż-żejt li ngħata il-proklama minn Gvern Nazzjonalista fuq każ ta’ tixħim u commissions miż-żejt, George Farrugia kkonfermat li d-deputat Nazzjonalista Claudio Grech gideb f’xhieda li ta bil-ġurament quddiem il-Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi.

Claudio Grech meta kien mistoqsi jixhed quddiem il-PAC fuq dan il-każ, kien qal li ma ltaqax ma’ George Farrugia, iżda illum taħt ġurament fil-Qorti George Farrugia giddeb lil Claudio Grech.

Aqra aktar

KONFERMATI LAQGĦAT M’AUSTIN GATT U CLAUDIO GRECH

George Farrugia, il-persuna li ngħata l-proklama fl-iskandlu taż-żejt saħaq li għal diversi drabi ltaqa’ ma’ Austin Gatt biex jiddiskuti affarijiet marbuta mal-kuntratti taż-żejt. Ikkonferma wkoll li ltaqa mad-deputat nazzjonalista, Claudio Grech, fi żmien li kien jaħdem mal-istess Gatt. Taħt xhieda ġuramentata, George Farrugia qal dan wara li fil-Qorti kompla jinstema’ l-każ ta’ libell ta’ Austin Gatt kontra l-editur tal-Maltatoday Saviour Balzan. Kemm l-eks Ministru Austin Gatt u d-deputat Nazzjonalista Claudio Grech dejjem ċaħdu li ltaqgħu ma’ George Farrugia.

Madankollu quddiem il-Maġistrat Francesco Depasquale, George Farrugia kien ċar fi kliemu. “Iltqajt mal-Ministru Austin Gatt diversi drabi, darba minnhom kellu miegħu xi investituri minn Dubai li riedu jaħżnu ż-żejt f’pajjiżna. B’kollox riedu jinvestu xi tlett mitt miljun ewro.” George Farrugia li ngħata l-maħfra mill-Prim Ministru ta’ dak iż-żmien Lawrence Gonzi, bil-kundizzjoni li jgħid il-verita’, spjega li wara li n-negozjanti minn Dubai ressqu l-proposta tagħhom, mar mal-Ministru għand Gonzi fejn spjegawlu l-proġett. Fil-Qorti, Farrugia kkonferma kemm kien midħla tal-Gvern Nazzjonalista billi qal, “Iltqajt ma’ Austin Gatt anki fuq mejda tal-ikel fi stabbiliment il-Waterfront u darba minnhom mort l-uffiċju tiegħu fejn iltqajt ma’ Claudio Grech.”

Aqra aktar

Ipprova jsikket ‘whistleblower’ fl-iskandlu taż-żejt

Id-deputat Nazzjonalista Claudio Grech lejlet l-elezzjoni kien mar ifittex lin-neputi ta’ George Farrugia, Chris Farrugia, biex dan jiddiżassoċja ruħu mill-istorja dwar l-iskandlu taż-żejt. Claudio Grech u kollega s-segretarjat privat ta’ Austin Gatt, Bernard Pace, kienu marru jfittxu lil Chris Farrugia b’dan tal-aħħar jgħidlu li kien “qed jagħmel ħsara kbira lil Austin Gatt”.

Aqra aktar

Send this to a friend