auschwitz – One News

Notifiki

Auschwitz, għadu jkexkxek sal-lum

Auschwitz, jinsab qrib Krakow; kien l-akbar kamp tal-mewt li b’differenza mill-oħrajn uża l-gass idroġenu li malajr kien iwassal għall-effett mixtieq.

Il-vittmi ta’ Auschwitz kienu ġejjin mill-Ewropa kollha: Norveġja, Franza, Olanda, Italja, Ġermanja, ċekoslovakja, Ungerija, Polonja, Jugoslavja, u Greċja.

Ħafna priġunieri, Lhud u mhumiex, kienu jitħaddmu; xi priġunieri kienu jintużaw f’esperimenti mediċi, b’mod partikulari għall-isterilizzazzjonijiet. Għalkemm il-Lhud u ż-żingari (gypsies) biss kienu jiġu ggassjati regolarment, mijiet ta’ eluf ta’ priġunieri oħra f’Auschwitz mietu bil-ġuħ, bil-mard jew iffuċillati.

Biex jgħattu dnubhom, bnew krematorji kbar biex fihom jinħarqu l-iġsma ta’ dawk li ġew iffuċillati. Fl-1944 il-kamp ġie fotografat mill-ajruplani ta’ l-Alleati li kienu qed ifittxu l-industriji; il-fabbriki ġew ibbumbardjati iżda l-kampijiet le.

Sfortunatament maż-żmien mhux talli dawn in-nies ma batewx fi żmienhom, talli kien hemm min prova jgħid u jdaħħal fl-imħuħ li l-olokawst qatt ma seħħ.

Illum huma ftit dawk li għadhom ħajjin minn dak iż-żmien, li ġarrbu din l-esperjenza. Baqa’ uliedhom u ulied uliedhom jirrakontaw il-ġrajjiet tal-biża’.

Il-Parlament Malti, illum ikkomemora Jum il-Memorja li se jkun iċċelebrat is-sibt li ġej; imwaqqaf apposta min-Nazzjonijiet Magħquda biex jitfakkar dan l-avveniment ferm ikrah għall-umanità.

“Auschwitz mhux palk”

Uffiċċjali fil-kamp tal-konċentrament f’Auschwitz, illum sit storiku, ikkritikaw lill-membru tal-Kungress Amerikan Clay Higgins li ġibed filmat ġewwa waħda mill-kmamar tal-gass fl-hekk imsejħa eks kamp tal-mewt Nazzista fil-Polonja.

Aqra aktar

Ħdax-il persuna arrestata; neżgħu għarwenin u qatlu nagħġa

Il-Pulizija tal-Polonja arrestaw madwar ħdax-il persuna wara li għamlu dimostrazzjoni għarwenin f’Auschwitz, dak li kien kamp ta’ konċentrament fi żmien in-Nażi.

Persuni fuq il-post spjegaw li dawn id-demostranti neżgħu il-ħwejjeġ, qatlu nagħġa u rabtu lil xulxin b’katina. Il-motiv wara din id-demostrazzjoni għadu mhux magħruf.

Aqra aktar

72 sena mit-tmiem tal-Olokawst

Is-27 ta’ Jannar, 1945. Militanti Nazisti sofrew attakk mill-alleati fil-kamp tal-kontreċament Auschwitz.

B’Hekk dan il-jum  jibqa’ mfakkar madwar id-dinja bħala Holocaust Memorial Day, fejn f’qalb iċ-ċittadini ikun hemm l-erwieħ ta’ kull min kellu jsofri l-mewt fil-kmamar tal-gas fil-kampijiet ta’ konċentrament mifruxa madwar l-Ewropa fi żmien il-ġenoċidju ta’ Adolf Hitler.

Aqra aktar

Send this to a friend