atletika – One News

Notifiki

Numru ta’ rekords ġodda fl-Atletika

Il-Kampjonati Nazzjonali tal-Atletika Cavalieri Art Hotel li saru fi tmiem din il-ġimgħa fl-istadium Matthew Micallef St John ipprovdew spettaklu mill-aqwa għad-dilettanti tal-isport b’wirja mill-aqwa minn numru ta’ talenti lokali. Waqt 30 avveniment, inksiru xejn anqas minn 16-il rekord, li jfisser li f’aktar min-nofshom tniżżlu ismijiet, ħinijiet u distanzi ġodda.

Ċertament li l-aktar prestazzjoni li se tibqa’ mfakkra minn dawn il-Kampjonati kienet dik ta’ Janet Richards (Pembroke Athleta) li kisret ir-rekord tal-400m, li kien twaqqaf minn Tanya Blake 17-il sena ilu fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar li kienu saru fi xtutna. Richards kellha wirja impekabbli u temmet it-tellieqa f’54.06s. Minkejja dan l-isforz, hija kellha l-enerġija biex tirritorna lura fuq it-trakka l-Ħadd b’rebħa oħra fil-200 metru.

Aqra aktar

Faċilitajiet ġodda għall-kumpless sportiv tal-Università ta’ Malta

Il-Bord tal-Ippjanar qabel favur li l-Kumpless Sportiv tal-Università f’Tal-Qroqq jiġi aġġornat b’faċilitajiet ġodda.

L-Istitut għall-Edukazzjoni Fiżika u l-Isport (IPES), se jieħu post il-Gymnasium Alumni eżistenti.

Il-binja l-ġdid se tinkludi sitt qrati courts, doċċi u faċilitajiet anċillari, swali sportivi b’aktar minn għan wieħed, kmamar għall-lectures, laboratorji ta’ riċerka u uffiċċji.

Aqra aktar

Jekk trid tiġri, mur Għawdex!

It-Teamsport Gozo Half Marathon saret l-ewwel nofs maratona f’Malta li rċeviet standard ta’ ċertifikazzjoni mill-European Athletics.

Fi stqarrij d-diriġenti qalu li n-numru ta’ parteċipanti li qed jieħdu sehem f’dan l-avveniment qed jiżdied b’ritmu mill-aktar mgħaġġel u din iċ-ċertifikazzjoni qiegħda tkompli tassigura livell ta’ kwalita’ lill-atleti minn madwar l-Ewropa kollha.

Il-European Athletics tifforma parti mill-fondazzjoni Running for All, li hija marka b’saħħitha u rikonoxxuta għall-attivitajiet tal-ġiri madwar l-Ewropa kollha. Huwa għalhekk li dan il-premju huwa ta’ prestiġġju kbir.

Aqra aktar

Send this to a friend