Notifiki

ESKLUSSIVA: Attivist li sofra mill-vjolenza fil-Bulgarija urtat għall-“gideb” ta’ Metsola

“Ninsab hawnhekk fil-pjazza, warajja l-Assemblea ġenerali, il-Parlament tal-Bulgarija, hawnhekk bl-eluf minn tagħhom, fl-aħħar xhur ġew bosta dimostranti jipprotestaw kontra l-Prim Ministru Boyko Borissov li propju għandu allegazzjonijiet serji u bdew jipprotestaw fuq allegazzjonijiet li bdew jippuntaw lejh dwar korruzzjoni u saħansitra anki ħasil ta’ flus. Bosta mid-dimostranti kellhom kartelluni f’idejhom, kellhom wiċċ l-Ewro Parlamentari Nazzjonalista Roberta Metsola u bdew isejħulha bħala Mrs Mafia wara li propju dawn l-istess dimostranti li bdew jipprotestaw biex l-istituzzjonijiet iservu lil poplu Bulgaru, għat-tisħiħ tad-demokrazija, għat-tisħiħ tas-saltna tad-dritt, saħansitra ġew akkużati huma li huma ffinanzjati minn gruppi tal-mafja.”

Aqra aktar

Tiftaħ l-Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Maqgħuda fi New York

Bit-tema Making the United Nations relevant to all people, fetħet uffiċjalment it-73 sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Maqgħuda. Fi New York, il-mexxejja dinjin ingħaqdu flimkien għall-ewwel diskorsi fost oħrajn tas-Segretarju Ġenerali tal-Ġnus Maqgħuda António Guterres u tal-President tal-Istati Uniti Donald Trump.

F’kummenti lill-meżżi tax-xandir, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li ta’ kull sena, din il-ġimgħa tkun importanti ħafna biex il-mexxejja jiltaqgħu bejniethom u jiddiskutu formalment u informalment dwar is-soluzzjonijiet għal sitwazzjonijiet kontroversjali.

 

Aqra aktar

Malta protagonista: mhux biss se jkollna l-Presidenza imma assemblea diġitali wkoll

Waqt l-ewwel summit organizzat mill-KPMG b’rabta tal-gaming f’pajjiżna, il-Ministru Chris Cardona qal li Malta hija onorata li tospita bi prominenza dan is-settur,  filwaqt li hija kommessa li tkompli tevolvih.

Spjega kif il-potenzjali li pajjiżna jsir ċentru ta’ eċċellenza għall-ekonomija diġitali qed ikompli jikber.

Irrimarka wkoll li waqt li Malta se jkollha l-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, pajjiżna se jospita assemblea diġitali.

Aqra aktar

Send this to a friend