assedju l-kbir – One News

Notifiki

Xogħol ta’ restawr fuq pitturi tal-Assedju l-Kbir

Fis-Sala tat-Tron fil-Palazz tal-Gran Mastru fil-Belt Valletta qed isir restawr u konservazzjoni fuq pitturi storiċi li juru tnax-il episodju mill-Assedju l-Kbir impittra mill-pittur Taljan, Matteo Pérez D’Aleccio.Aqra aktar

Manuel Delia jirtira l-proċedura li fetaħ hu stess dwar il-Monument tal-Assedju l-Kbir

Fl-aħħar minuti sar magħruf li Manuel Delia rtira l-proċedura li fetaħ hu stess dwar il-Monument tal-Assedju l-Kbir.

Dan sar magħruf wara stqarrija li ħarġet mill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali fejn irrefera għat-talba għall-ħruġ tal-mandat ta’ inibizzjoni magħmul minn Emanuel Delia fl-ismijiet ‘Emanuel Delia vs L-Onorevoli Owen Bonnici fil-kapaċità tiegħu ta’ Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali et’ (rikors numru 1462/2018), u wkoll għall-kontromandat ippreżentat fil-25 ta’ Settembru 2018 fl-atti tal-istess rikors minn Emanuel Delia, li fih jintqal li ‘l-istess intimati wettqu u fil-ġranet ta’ wara rrepetew għal diversi drabi l-atti li l-esponenti talab li l-intimati jiġu inibiti milli jwettqu’.

Aqra aktar

Intervent riparattiv fuq il-monument tal-Assedju l-Kbir

Min-nhar it-Tnejn li għadda ħaddiema tad-Direttorat tar-Restawr bl-għajnuna ta’ Heritage Malta bdew inaddfu u jagħmlu interventi riparattivi fuq il-monument tal-Assedju l-Kbir.

Dan huwa monument nazzjonali li sar biex ifakkar ir-rebħa tal-Maltin u l-kavallieri fuq l-Assedju l-Kbira. It-tliet figuri jirrappreżentaw lil Malta fin-nofs rebbieħa tiddefendi lill-Ewropa u r-Reliġjon Kattolika. (iż-żewġ figuri l-oħra)

BIL-FILMAT: Ġurnalist ta’ ONE News aggredit waqt laqgħa tal-Kunsill Lokali tal-Belt

Waqt laqgħa tal-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta, fejn ġiet diskussa mozzjoni dwar tneħħija tal-fjuri fuq il-monument tal-Assedju b’rabta mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, persuna li kienet qed tappoġja lis-suppost Soċjetà Ċivili, aggredexxiet ġurnalist ta’ ONE News.

Filmati miġbuda mill-kameras ta’ ONE News wrew biċ-ċar kif din il-mara attakkat lill-ġurnalist u cameraman ta’ dan l-istazzjon li bħal media oħra kienu qed jirrapurtaw il-laqgħa.

Kif jixhed dan il-filmat, saħansitra l-eks Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Pawlu Borg Olivier, beda joġġezzjona għaliex ONE News beda jagħmel xogħlu.

ARA L-FILMAT TAL-AGGRESSJONI FUQ ONE NEWS:

Sadanittant is-Sindku Belti, Alexei Dingli ddeċieda li l-mozzjoni m’għandiex tgħaddi għall-vot għaliex skont hu, il-monument inkwistjoni ma jaqax taħt il-ġurisdizzjoni tal-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta.

Fost ħafna għajjat minn partitarji Nazzjonalisti tkellem Manwel Delia. Hawnhekk spikkaw it-tixjir tas-swaba’ u tal-idejn filwaqt li beda jgħajjat b’ħanġra daqsiex.

Send this to a friend