Għall-ewwel darba f’Malta, l-arti tintuża bħala terapija psikoloġika

L-arti qed tintuża Jeanette Fiott sabiex toffri terapija psikoloġika.

Ma One News spjegat li hija ħaġa naturali li wieħed ifittex l-arti biex jesprimi ruħu, kemm dwar dak li huwa konxju minnu u anke dak li mhux. “It-terapista jkun jaf x’inhu għaddej u jkun jista’ jinterpreta x’inhu jiġri” stqarret Fiott, biex imbagħad wara mill-inqas ħames sessjonijiet, tkun tista’ tibda t-triq għall-fejqan.

X’inhuma l-aktar problemi li tiltaqa’ magħhom? Il-bullying u li wieħed ma jemminx fih innifsu.

Segwi aktar fil-filmat.

Aqra aktar

Għajnejn id-dinja kulturali fuq Malta

L-aqwa ismijiet fil-qasam kulturali madwar id-dinja jinsabu hawn Malta. Dar il-Mediterran għall-Konferenzi qed tospita is-seba’ edizzjoni tas-summit kulturali, li qed isir għall-ewwel darba f’pajjiżna.

Aktar minn 400 ruh qed jipparteċipaw, bil-midja internazzjonali u stazzjonijiet bħal Euronews jinsabu Malta biex jiiraportaw dan is-summit, immexxi f’pajjiżna mill-Kunsill Malti għall-Arti u organizzat mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kunsilli għall-Arti u Aġenziji tal-Kultura (IFACCA). Dan tal-aħħar huwa network globali li jiġbor fih Ministeri u kunsilli responsabbli mill-Kultura.

Is-summit jinsab fuq fomm kull min huwa intiż fil-kultura madwar id-dinja.

Aqra aktar

Poeżija fil-patata!

Waslet edizzjoni oħra tal-proġett ‘Poetry in Potato Bags’, li jgħaqqad lil Malta mal-belt Nederlandiża Leeuwarden fuq livell agrikolu, kif ukoll letterarju. Il-proġett huwa organizzat minn Valletta 2018 u Leeuwarden 2018, iż-żewġ bliet li se jkunu Bliet Ewropej tal-Kultura fis-sena 2018, u mmexxi minn Inizjamed. Bejn l-20 u l-21 ta’ Ottubru se jsiru diversi attivitajiet.

Nhar l-20 ta’ Ottubru fit-8pm se jkun qed jintwera l-film Friżlandiż La Luz Del Mar. Il-kappa rootsROUTES li taħtha qed jintwerew diversi films tal-poeżija se tagħti ċ-ċans lill-pubbliku jara dan il-film dwar poeta għami Friżlandiż – Tsjêbbe Hettinga – u wara se jkun hemm diskussjoni bejn il-poeti Maltin Antoine Cassar u Claudia Gauci mal-mistiedna barranin Froukje de Jong u Rudi Wester li jieħdu ħsieb il-proġett min-naħa ta’ Leeuwarden. Id-diskussjoni titmexxa minn Caldon Mercieca. Dan il-film qed jintwera b’kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv. Films oħrajn Friżlandiżi kif ukoll films tal-proġett ta’ Valletta 2018 ‘Poetry on Film’ qed jintwerew bħalissa ġewwa Spazju Kreattiv u se jibqgħu għaddejjin sas-2 ta’ Novembru.

Aqra aktar

Dinja mingħajr vjolenza

Ħolm ta’ dinja mingħajr vjolenza u b’ebda kunflitti. Dinja ta’ paċi u mingħajr pika.

Dawn il-ħsibijiet profondi tal-iskultur Ġanni Pace, meta fassal 64 biċċa xogħol bl-idejn fl-okkażjoni tal-450 anniversarju tal-Belt kapitali Maltija.

Aqra aktar

Jiltaqgħu l-artisti li jpinġu fuq il-ġisem

Sa ftit tas-snin ilhu kien hawn minn iqies it-tattoo bħala tabu. Madankollu llum il-ġurnata din saret xi ħaġa normali, anzi saret titqies bħala arti diffiċli aktar milli kieku qed tpenġi fuq tila.

Dawk li jfittxu biex jagħmlu tpinġija jvarjaw minn diversi setturi tas-soċjetà, fosthom anke professjonisti.

Aqra aktar

Wara 42 sena, il-Mużew Nazzjonali tal-Arti se jiċċaqlaq

 Il-Mużew Nazzjonali tal-Arti se jagħlaq il-bieb għall-aħħar darba fi Triq Nofsinhar il-Belt Valletta nhar il-Ħadd 2 t’Ottubru.

Għal 42 sena l-Mużew Nazzjonali tal-Arti opera mid-Dar tal-Ammiraljat, kif inhi magħrufa l-binja, minħabba l-użu tagħha bħala r-residenza uffiċjali tal-Ammiraljat Ingliż fil-Mediterran fil-perjodu tal-kolonjaliżmu Ingliż.

Il-Mużew Nazzjonali tal-Arti se jiġi trasferit fil-Berġa tal-Italja fi Triq Merkanti fejn bħalissa għaddej ix-xogħol bi tħejjija ħalli l-kollezzjoni tal-arti tkun tista’ tiġi trasferita fil-binja l-ġdida. Ix-xogħol miexi kif ippjanat u l-mużew se jkun magħruf bħala l-MUŻA. Il-Mużew tal-Arti l-ġdid se jerġa’ jiftaħ il-bibien tiegħu għall-pubbliku fl-2018 meta l-Belt Valletta tkun il-Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura.

Aqra aktar

Picasso f’pajjiżna

Għall-ewwel darba f’pajjizna ser issir esebizzjoni bix-xogħol artistiku ta’ Pablo Picasso .

Il-flus kollha li se jinġabru minn din l-esebizzjoni, li se ssir f’Marzu 2018 fil-Palazz tal-President, se jmorru għall-Malta Community Chest Fund.

B’kollox se jkun hemm mitt biċċa tal-arti esebiti għall-pubbliku li huma kollha xogħol ta’ Picasso. Il-pubbliku se jkollu l-opportunità jifhem aħjar x-xogħol dan l-artist.

Aqra aktar

Arti fil-festa u tul taraġ rustiku

Għal darboħra, l-Art Club 2000 qed jorganizza esebizzjoni mill-isbaħ tal-arti u artigjanat bħalha parti miċċelebrazzjoni ta’ żmien il-festa tal-Vitorja ġewwa l-Mellieħa. Din l-esebizzjoni hija is-sbatax-il edizzjoni minn meta twaqqaf l-Art Club – organizzazjoni volontarja bl-għan ewlieni li tippromwovi kultura artistika fost t-tfal u anke l-kbar.

Fost ix-xogħlijiet esebiti tul it-taraġ rustiku ta’ Triq San Publju kif ukoll ġewwa l-Club inniffsu wieħed jista’ jammira pittura u skultura ta’ madwar sittin artist differenti, lkoll b’temi u lwien differenti. Issib ukoll għadd ta’ xogħolijiet artiġjanali, magħmulin minn studenti li jattendu d-diversi korsijiet li jorganizza l-istess Club.

Aqra aktar

Imħabbar il-programm ta’ Spazju Kreattiv

Fil-Kavallier ta’ San Ġakbu ġie imħabbar il-programm ta’ Spazju Kreattiv għal bejn Settembru li ġej u Lulju tas-sena d-dieħla.

Se jkunu għaxar xhur li fihom se nkomplu naraw prestazzjonijiet multi-dixxiplinarji, kunċerti mużikali u wirjiet tal-arti li se jkomplu jixprunaw il-kreattività artistika f’pajjiżna.

F’dawn l-aħħar xhur spikka l-interess ta’ bosta li ressqu s-sottomissjonijiet tagħhom sabiex ikunu parti minn Spazju Kreattiv. Mill-applikazzjonijiet kollha ntgħażlu sittin proġett li jkopru mal-ħmistax-il forma t’espressjoni artisitika differenti.

Barra minn hekk, din is-sena wkoll mistennija tingħata importanza kif jixraq lil wirt artistiku u kulturali tal-aħħar seklu li għadda.

Aqra aktar

Send this to a friend