Mill-kirurġija għall-fotografija

Kitba ta’ Rachel Powell

Il-fotografija hija arti partikolari mmens. Hi ħafna aktar milli sempliċiment tieħu ritratt. Tgħinek tieqaf, tosserva, taħseb u tifhem. Għal David Grima żagħżugħ ta’ 21 sena, student fir-raba’ sena tal-kors tal-Mediċina, il-fotografija tagħtih il-possibilità li juża kif irid, kemm b’mod astratt u kemm b’mod iktar viċin ir-realtà li ngħixu fiha.

Huwa beda jesplora din l-arti minn meta kien fis-sekondarja. “Ħassejt li kelli certu vojt meta niġi biex nesprimi ruħi; inħoss li ċertu ħsibijiet nista’ nesprimihom bir-ritratti ħafna aktar milli jien kapaċi bil-kliem jew b’modi oħra.” Grima jgħid li għandu interessi varji li jinkludu l-bijoloġija, il-kimika u l-fiżika, l-ispazju, il-baħar u l-art. Jiddeskrivi  lilu nnifsu bħala idealist u xi ftit ċiniku b’mumenti ta’ nikiliżmu.

Aqra aktar

Sejħa oħra tal-Malta Arts Scholarships Scheme – s’issa MITT STUDENT ibbenefika

Tħabbret it-tnedija ta’ sejħa oħra tal-Malta Arts Scholarships Scheme.

Din tall-lum kienet it-tmien sejħa taħt din l-iskema. Il-Minsitru Evarist Bartolo spjega li sa llum madwar mitt student fil-maġġoranza tagħhom zgħażagħ, ibbenefikaw jew għadhom qed jibbenefikkaw minn boroż ta’ studji pprovduti taħt din l-iskema. 

Fil-fatt sitta u sittin mill-boroż ta’ studju mgħotija, sal-lum, ingħataw mill-2013 ‘l hawn. Il-Ministru Bartolo qal li dan jikkonferma l-interess tal-Gvern fil-qasam tal-Arti kif ukoll l-impenn tiegħu li jkompli jinvesti biex aktar nies jiġu nkoraġġieti li jitħarġu f’dan il-qasam.

Aqra aktar

€10,000 għal produzzjoni fil-festival internazzjonali tal-arti

Il-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea 2017 b’kollaborazzjoni mal-Festival Internazzjonali Malti għall-Arti ħabbru sejħa pubblika għal produzzjoni b’numru ta’ dixxiplini (teatru, żfin, mużika, new media) li tiġbor fiha waħda jew tgħaqqad uħud mit-temi tal-Presidenza: il-Migrazzjoni, is-Settur Marittimu, is-Sigurtà, is-Suq Uniku, il -Viċinat tal-Ewropa u l-Inklużjoni Soċjali.

Aqra aktar

Presidenza li tpoġġi lill-artisti wkoll fil-qalba tal-Ewropa

Il-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea 2017 hija assoċjata mal-aspett politiku. Madankollu, dawn is-sitt xhur li fihom Malta qiegħda fiċ-ċentru tal-attenzjoni tal-Ewropa, huma wkoll opportunità għat-talent lokali. Għalhekk il-Presidenza Maltija tal-UE qed tippreżenta programm kulturali vast u varjat maġenb dak politiku.

Ix-xahar ta’ Jannar, li ta bidu lil din il-Presidenza, għadda bħal leħħa ta’ berqa. Mhux inqas dak ta’ Frar, li segwieh b’diversi proġetti kulturali kbar. Fosthom hemm uħud li għadhom għaddejjin s’issa.

Aqra aktar

Kriminalità li tiswa l-MILJUNI

Ir-reati kriminali marbuta mal-kultura ma jkunux evidenti ħafna, għax ma jaffettwawx nies daqs kemm jaffettwawhom reati oħra.

Imma immaġina tixtri biċċa arti tiswa eluf kbar ta’ ewro għax mingħalik qed tixtri l-oriġinali, iżda ma tkun ksibt xejn għajr kopja li l-valur tagħha jkun inqas bil-bosta.  Din hija waħda mill-isfidi fil-qasam tal-kriminalità marbuta mal-kultura.

F’din l-intervista tista’ ssegwi x’qal espert tal-Europol, Michael Will. Fost oħrajn qal li ġieli jkun hemm anke persuni akkademiċi involti.

Aqra aktar

Għall-ewwel darba, mużika ġdida ta’ kompożitur Malti fil-Valletta International Baroque Festival

Il-festival tal-mużika barokka li jsir fil-Belt Valletta kull Jannar issa wasal fil-ħames edizzjoni tiegħu. Minn sena għall-oħra dan l-avvenment żied fil-popolarità. Illum il-ġurnata jiġbed udjenza ta ‘l fuq min sitt elef spettatur u sar kalamita għall-iktar mużiċisti rinomati fil-kamp tal-mużika Barokka madwar id-dinja.

Fost oħrajn isir ‘Inspired by Baroque’, li fih tindaqq mużika ta’ kompożituri li ġew wara il-perjodu Barokk, però l-mużika tagħhom ġiet influwenzata b’xi mod mil-era Barokka.

Sas-sena l-oħra il-kompożituri magħżulin għall-dan il-kunċert kienu dejjem barranin. Din is-sena għall-ewwel darba il-kunċert ser jinkludi xogħol tal-kompożitur kontemporanju Malti Reuben Pace.

Dan kien possibli għaliex il-bord tal-festival taħt it-tmexxija tas-Sur Kenneth Żammit Tabona ħa l-inizjattiva illi jikkumissjona dan ix-xogħol.

Aqra aktar

FILMAT: Toħloq arti mix-xemgħat

CandleBoom huwa ħanut bbażat fit-Tajlandja li jagħmel xemgħat b’forom differenti.

Għall-ewwel, xemgħa ta’ kulur wieħed titniżżel f’diversi kuluri sabiex tinħoloq qoxra fuq oħra li meta tinaqasam permezz ta’ instrumenti apposta, toħloq disinn oriġinali.

Wara jibda x-xogħol tad-disinn…

Aqra aktar

Proġett li ser imexxi ‘l quddiem l-arti u l-mużika

‘ARTruistic 360 Rebranding Volunteering’ – proġett tas-Soċjetà Filarmonika Santa Marija taż-Żebbuġ Għawdex  li għandu l-għan li jeduka u fl-istess ħin jiċċelebra l-ħidma tas-Settur tal-Volontarjat, hekk kif dan il-proġett qed issir permezz ta’ fondi mill-iskema tal-Proġetti ta’ Organizazzjonijiet Volontarji amministrata mill-Kunsill Malti għas-Settur Volontarju.

Aqra aktar

X’jgħaqqad Malti, Taljan u Pollakka?

– Affresk b’sejħa  għall-għaqda bejn il-ġnus.

 ‘L-Għaqda bejn il-ġnus permezz ta’ l-arti’ hija it-tema ta’ Affresk ieħor mill-għalliema freskanti ta’ Frescopolis.

Fil-ġimgħa bejn It-Tlieta l-1 ta’ Novembru u it-8 ta’ Novembru 2016 membri ta’ l-iskola internazzjonali għat-teknika tal-affresk imwaqqfa minn Maestro Vico Calabro’ jiltaqaw ġewwa Malta biex taħt id-direzzjoni ta’ l-imgħallem Stephen Grima joħolqu affresk ieħor ġewwa il-Cavalieri Art Hotel ġewwa San Ġiljan.

Aqra aktar

Send this to a friend