arti – Page 4 – One News

Notifiki

Għall-ewwel darba, mużika ġdida ta’ kompożitur Malti fil-Valletta International Baroque Festival

Il-festival tal-mużika barokka li jsir fil-Belt Valletta kull Jannar issa wasal fil-ħames edizzjoni tiegħu. Minn sena għall-oħra dan l-avvenment żied fil-popolarità. Illum il-ġurnata jiġbed udjenza ta ‘l fuq min sitt elef spettatur u sar kalamita għall-iktar mużiċisti rinomati fil-kamp tal-mużika Barokka madwar id-dinja.

Fost oħrajn isir ‘Inspired by Baroque’, li fih tindaqq mużika ta’ kompożituri li ġew wara il-perjodu Barokk, però l-mużika tagħhom ġiet influwenzata b’xi mod mil-era Barokka.

Sas-sena l-oħra il-kompożituri magħżulin għall-dan il-kunċert kienu dejjem barranin. Din is-sena għall-ewwel darba il-kunċert ser jinkludi xogħol tal-kompożitur kontemporanju Malti Reuben Pace.

Dan kien possibli għaliex il-bord tal-festival taħt it-tmexxija tas-Sur Kenneth Żammit Tabona ħa l-inizjattiva illi jikkumissjona dan ix-xogħol.

Aqra aktar

FILMAT: Toħloq arti mix-xemgħat

CandleBoom huwa ħanut bbażat fit-Tajlandja li jagħmel xemgħat b’forom differenti.

Għall-ewwel, xemgħa ta’ kulur wieħed titniżżel f’diversi kuluri sabiex tinħoloq qoxra fuq oħra li meta tinaqasam permezz ta’ instrumenti apposta, toħloq disinn oriġinali.

Wara jibda x-xogħol tad-disinn…

Aqra aktar

Proġett li ser imexxi ‘l quddiem l-arti u l-mużika

‘ARTruistic 360 Rebranding Volunteering’ – proġett tas-Soċjetà Filarmonika Santa Marija taż-Żebbuġ Għawdex  li għandu l-għan li jeduka u fl-istess ħin jiċċelebra l-ħidma tas-Settur tal-Volontarjat, hekk kif dan il-proġett qed issir permezz ta’ fondi mill-iskema tal-Proġetti ta’ Organizazzjonijiet Volontarji amministrata mill-Kunsill Malti għas-Settur Volontarju.

Aqra aktar

X’jgħaqqad Malti, Taljan u Pollakka?

– Affresk b’sejħa  għall-għaqda bejn il-ġnus.

 ‘L-Għaqda bejn il-ġnus permezz ta’ l-arti’ hija it-tema ta’ Affresk ieħor mill-għalliema freskanti ta’ Frescopolis.

Fil-ġimgħa bejn It-Tlieta l-1 ta’ Novembru u it-8 ta’ Novembru 2016 membri ta’ l-iskola internazzjonali għat-teknika tal-affresk imwaqqfa minn Maestro Vico Calabro’ jiltaqaw ġewwa Malta biex taħt id-direzzjoni ta’ l-imgħallem Stephen Grima joħolqu affresk ieħor ġewwa il-Cavalieri Art Hotel ġewwa San Ġiljan.

Aqra aktar

Għall-ewwel darba f’Malta, l-arti tintuża bħala terapija psikoloġika

L-arti qed tintuża Jeanette Fiott sabiex toffri terapija psikoloġika.

Ma One News spjegat li hija ħaġa naturali li wieħed ifittex l-arti biex jesprimi ruħu, kemm dwar dak li huwa konxju minnu u anke dak li mhux. “It-terapista jkun jaf x’inhu għaddej u jkun jista’ jinterpreta x’inhu jiġri” stqarret Fiott, biex imbagħad wara mill-inqas ħames sessjonijiet, tkun tista’ tibda t-triq għall-fejqan.

X’inhuma l-aktar problemi li tiltaqa’ magħhom? Il-bullying u li wieħed ma jemminx fih innifsu.

Segwi aktar fil-filmat.

Aqra aktar

Għajnejn id-dinja kulturali fuq Malta

L-aqwa ismijiet fil-qasam kulturali madwar id-dinja jinsabu hawn Malta. Dar il-Mediterran għall-Konferenzi qed tospita is-seba’ edizzjoni tas-summit kulturali, li qed isir għall-ewwel darba f’pajjiżna.

Aktar minn 400 ruh qed jipparteċipaw, bil-midja internazzjonali u stazzjonijiet bħal Euronews jinsabu Malta biex jiiraportaw dan is-summit, immexxi f’pajjiżna mill-Kunsill Malti għall-Arti u organizzat mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kunsilli għall-Arti u Aġenziji tal-Kultura (IFACCA). Dan tal-aħħar huwa network globali li jiġbor fih Ministeri u kunsilli responsabbli mill-Kultura.

Is-summit jinsab fuq fomm kull min huwa intiż fil-kultura madwar id-dinja.

Aqra aktar

Poeżija fil-patata!

Waslet edizzjoni oħra tal-proġett ‘Poetry in Potato Bags’, li jgħaqqad lil Malta mal-belt Nederlandiża Leeuwarden fuq livell agrikolu, kif ukoll letterarju. Il-proġett huwa organizzat minn Valletta 2018 u Leeuwarden 2018, iż-żewġ bliet li se jkunu Bliet Ewropej tal-Kultura fis-sena 2018, u mmexxi minn Inizjamed. Bejn l-20 u l-21 ta’ Ottubru se jsiru diversi attivitajiet.

Nhar l-20 ta’ Ottubru fit-8pm se jkun qed jintwera l-film Friżlandiż La Luz Del Mar. Il-kappa rootsROUTES li taħtha qed jintwerew diversi films tal-poeżija se tagħti ċ-ċans lill-pubbliku jara dan il-film dwar poeta għami Friżlandiż – Tsjêbbe Hettinga – u wara se jkun hemm diskussjoni bejn il-poeti Maltin Antoine Cassar u Claudia Gauci mal-mistiedna barranin Froukje de Jong u Rudi Wester li jieħdu ħsieb il-proġett min-naħa ta’ Leeuwarden. Id-diskussjoni titmexxa minn Caldon Mercieca. Dan il-film qed jintwera b’kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv. Films oħrajn Friżlandiżi kif ukoll films tal-proġett ta’ Valletta 2018 ‘Poetry on Film’ qed jintwerew bħalissa ġewwa Spazju Kreattiv u se jibqgħu għaddejjin sas-2 ta’ Novembru.

Aqra aktar

Dinja mingħajr vjolenza

Ħolm ta’ dinja mingħajr vjolenza u b’ebda kunflitti. Dinja ta’ paċi u mingħajr pika.

Dawn il-ħsibijiet profondi tal-iskultur Ġanni Pace, meta fassal 64 biċċa xogħol bl-idejn fl-okkażjoni tal-450 anniversarju tal-Belt kapitali Maltija.

Aqra aktar

Send this to a friend