Notifiki

Simon Busuttil ċass quddiem l-iskandli ta’ Jason Azzopardi

“Il-ħadma ta’ Jason Azzopardi turi l-ipokrezija u n-nuqqas ta’ standards fil-Partit Nazzjonalista.”

Dan qalu d-Deputat Laburista Michael Falzon f’konferenza tal-aħbarijiet wara li l-gazzetta KullĦadd żvelat li Jason Azzopardi innegozja dar għalih personali.

Falzon iddeskriva dan il-każ bħala wieħed xokkanti li jinvolvi intervent politiku dirett biex Jason Azzopardi seta’ jiggwadanja personalment. Iżda quddiem dan kollu, il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil baqa’ ċass u ma ħa ebda azzjoni fil-konfront ta’ Jason Azzopardi.

Aqra aktar

Il-Prim Ministru jixhed fil-kawża li fetaħ kontra Gaffarena

Il-Prim Ministru xehed fil-kawża li fetaħ hu stess kontra Marco Gaffarena u martu. Kawża li permezz tagħha il-Qorti qed tintalab biex tħassar it-trasferiment kollha tat-tpartit tal-artijiet u tal-assi li kienu propjetà tal-Gvern fil-każ ta’ Triq Zekka.

Waqt il-kontro eżami, l-Prim Ministru spjega r-raġunijiet għalfejn fetaħ il-kawża. Qal li bħala Membru Parlamentari, wara rapport tal-Awditur Ġenerali dwar id-differenza qawwija fuq stimi tal-art, innota l-mod irregolari li bih tqassmu l-ħlasijiet u l-ammont li bih inxtrat il-propjetà.

‘Ftaħt il-kawża fil-kapaċità ta’ Membru Parlamentari wara li rajt li l-affarijiet ma mxewx bl-aħjar mod skont kif irrimarkat mill-Awditur Ġenerali’ qal il-Prim Ministru.

Il-Prim Ministru kien l-aħħar persuna li xehed f’dan il-każ.

Saħansitra PROVA JQARRAQ bl-applikazzjoni

Din l-Art Helwa innotat, f’oġġezzjoni mal-Awtorità tal-Ippjanar, li l-mod kif Toni Bezzina daħħal l-applikazzjoni tiegħu għall-iżvilupp fl-Imdina kien qarrieqi.

L-għaqda ambjentali nnotat li mal-applikazzjoni ma ntqalx li se jsir bini ġdid għalkemm dan malajr jinkixef jekk wieħed jidħol fil-fond. Niżvelaw f’dan l-ewwel servizz id-dokumentazzjoni li bgħatet din l-Art Ħelwa.

Aqra aktar

ART STMATA B’RATI OGĦLA MINN KAŻI OĦRA

Bil-proġett ta’ City Centre, pajjiżna mhux biss se jkollu proġett li joħloq 1,500 impjieg b’investiment ta’ €300 miljun, iżda se jkun qed idaħħal ferm iktar minn każi oħra għall-użu tal-art.

Tixbihat ma’ proġetti oħra turi li l-mekkaniżmu li tħaddem din id-darba fisser dħul aħjar għall-Gvern Malti.

Segwi aktar hawn:

Aqra aktar

Żona ta’ rikreazzjoni ġdida fl-Imsida

Art abbandunata fl-Imsida se tinbidel f’ żona ta’ rikreazzjoni fil-qalba tal-lokalitá. Din il-pjazza se jkun jista’ jgawdi minnha l-pubbliku fi Triq l-Irmiġġ. Ix-xogħlijiet fuq dan is-sit bdew f’Diċembru li għadda u mistennija jitlestew f’April li ġej.

Aqra aktar

ID-DAR ĊENTRALI KOMUNI GĦAL TORPIANO U VASSALLO

Il-Perit li mexxa l-bord li fl-2012 għamel l-istima tal-art tal-Löwenbräu wara li Żaren Vassallo kien imwiegħed kompromess, huwa l-Perit li ddisinja u fassal id-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista. Kuntrattur ewlieni fil-bini tal-istess Dar Ċentrali kien Żaren Vassallo, li minbarra li ta donazzjonijiet kbar lill-Partit Nazzjonalista, il-partit għadu midjun miegħu sal-lum.

Dan il-Perit huwa l-Professur Alex Torpiano li fl-aħħar jiem ikummenta mal-gazzetti biex jiddefendi l-istimi li għamel hu u l-kumitat tiegħu fl-2011. Biex wara li għamel dan il-Partit Nazzjonalista dlonk ħareġ jipprova jirkeb fuq din id-dikjarazzjoni.

Iżda, il-fatti u d-dokumentazzjoni li għandna f’idejna turi kemm hawn ukoll qed iqumu mistoqsijiet dwar il-ġudizzju ta’ Azzopardi, li kien jaf li fost l-affarijiet li għandhom komuni Vassallo u Torpiano hemm li t-tnejn li huma ħadmu fuq l-istamperija. Minkejja dan, Jason Azzopardi, kien komdu bl-għażla tiegħu fil-bord ta’ evalwazzjoni.

Aqra aktar

Tkellmu mal-Ministru darbtejn, sfida oħra lil Azzopardi

Fil-każ tad-deal tal-Lowenbrau, mhux darba kien hemm min kellem lill-Ministru, iżda darbtejn. Qal dan il-Ministru Owen Bonnici f’konferenza tal-aħbarijiet fejn fiha fakkar kif fir-rapport tal-Awditur Ġenerali joħroġ biċ-ċar li xi ħadd kien kellem lill-Ministru biex jitneħħew il-kundizzjonijiet oriġinali.

Biex wara li tneħħew il-kundizzjonijiet u sar magħruf li dan sar b’mod li nkisret il-liġi, kien Żaren Vassallo li tkellem mal-Ministru u dan wiegħdu kompromess.

Aqra aktar

Arti li se toħloq festin il-Birgu

Jekk għadek m’intix ċert x’se tagħmel il-Ġimgha filgħaxija u qed tfittex xi ħaġa mhux tas-soltu, dar fi trejqa fil-Birgu kapaċi tkun il-post għalik.

Tliet artisti se jesibixxu xogħolhom f dak li qed jissejjaħ Art Party, fejn dak li jkun jista’ jieħu xarba bil-kwiet wara ġimgħa impenji, inaqqar xi ħaġa tajba, u jitpaxxa bix-xogħol oriġinali ta’ tliet artisti lokali.

Segwi l-filmat biex issir taf aktar…

Send this to a friend