arrest – Page 7 – One News

Notifiki

Taljan b’10 kilogrammi droga f’lukanda f’Tas-Sliema – il-Pulizija tosservah u taqbdu

Jiem ta’ osservazzjoni mill-membri tal-iskwadra ta’ Kontra d-Droga, wasslu biex il-bieraħ filgħaxija jiġi arrestat raġel Taljan ta’ 31 sena u residenti Katanja.

It-Taljan arrestat minn ġo lukanda f’Tas-Sliema, wara li fil-kamra fejn kien qed jirrisjedi nstabu madwar 10 kilogrammi ta’ droga, maħsuba li hija ħaxixa tal-kannabis.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin filwaqt li r-raġel mistenni jitressaq il-Qorti fil-jiem li ġejjin.

18,150 sejħa għall-assistenza immedjata u 472 arrest f’sena

Matul l-2016, ir-Rapid Intervention Unit tal-Pulizija rnexxielha tarresta 472 persuna, 20 minnhom identifikati bħala wanted fuq in-National Police System.

247 mill-arresti kienu dwar involviment fejn jidħol ġlied, 101 persuna kienu detenuti b’konnessjoni dwar involviment f’każi dwar droga, u 54 minn dawn l-arresti kienu kklassifikati bħala każi ta’ serq.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet ilbieraħ, il-Ministru tkellem ukoll dwar ħidma oħra tal-membri tar-Rapid Intervention Unit, dik li matul l-2016 intervjenew f’madwar 18,150 każ jew sejħa ta’ assistenza.Aqra aktar

Żewġ irġiel arrestati wara sejba ta’ droga

 

Ilbieraħ filgħaxija ġie arrestat raġel ta’ 34 sena li nstab fil-pussess tiegħu madwar 16-il gramma sustanza suspettata eroina u madwar nofs gramma sustanza suspettata kokaina. Ir-raġel kien fl-inħawi taċ-ċimiterju tal-Addolorata meta ġiet arrestat mill-Pulizija mill-iskwadra ta’ kontra d-droga.

Aqra aktar

Send this to a friend