Serb ta’ 16-il sena minn San Pawl il-Baħar ametta li seraq €1,000 mingħand anzjan ta’ 74 sena. Aqra aktar

Serb ta’ 16-il sena minn San Pawl il-Baħar ametta li seraq €1,000 mingħand anzjan ta’ 74 sena. Aqra aktar
Persuna mill-Ġorġja ta’ 37 sena kien arrest wara li allegatament wettqet diversi serqiet minn residenzi privati fir-Rabat, Ħ’Attard, Swieqi, San Ġwann, Ħaż-Żebbuġ u Ħal Qormi. Aqra aktar
Erba’ immigranti tressqu l-Qorti akkużati b’falsifikazzjoni ta’ dokumenti. Aqra aktar
il-Pulizija arrestat raġel li allegatament kien involut fi ġlieda f’Ħal Qormi. Aqra aktar
25 persuni li l-età tagħhom tvarja bejn is-17 u t-42 sena. Huma ta’ nazzjonalità diversa u fosthom hemm Maltin. Aqra aktar
Raġel ta’ tlieta u erbgħin sena inżamm arrestat wara li seraq flus u għamel ħsara f’sitt pompi tal-petrol. Aqra aktar
Il-Kaptan tas-Sea Watch 3, Carola Rackete, inħelset mill-arrest it-Tlieta wara li ma nstabitx ħatja li poġġiet ħajjet bosta persuni fil-periklu fil-ħin li kienu abbord il-bastiment. Il-mara, li għandha 31 sena, qalet li minn dejjem poġġiet is-saħħa u ħajjet l-immigranti l-ewwel, anke qabel kwistjonijiet politiċi.
Il-Ministru għall-Intern Taljan Matteo Salvini qal li l-kaptan kisret liġijiet marittimi, tant li ddeskriva għemilha bħala att ta’ gwerra. Dan għaliex Rackete ma tatx kas twissija mill-Gvern Taljan biex l-immigranti ma jiddaħlux f’port sigur fl-Italja.
F’Qorti f’Agrigento, il-mara spjegat li kienet taf bil-konsegwenzi ta’ għemilha, iżda għażlet li tagħmel ta’ rasha wara li rat f’liema stat emozzjonali u fiżiku kienu fih l-immigranti abbord.
Raġel ta’ 28 sena mill-Ħamrun li ismu ma jistax jixxandar biex tkun protetta l-identità tal-allegat vittma, ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest fuq akkużi li kkaġuna ġrieħi fuq is-sieħba u l-ġar tiegħu, li kien qed iġorr sikkina, li kkawża danni fuq propjetà kif ukoll li ddisturba l-paċi pubblika. Huwa kiser ukoll ordni tal-Qorti li ma jidħol f’dar li kien projbit milli jidħol fiha.
Ir-raġel qed jiġi akkużat fuq żewġ każijiet li saru nhar il-Ħadd li għadda. L-ewwel każ seħħ fid-dar tal-koppja il-Ħadd filgħodu fejn allegatament ikkawża ġrieħi fuq is-sieħba tiegħu meta huwa kien mitlub li jitlaq mid-dar tiegħu. It-tieni każ sar aktar tard fil-ġurnata meta rritorna fid-dar fejn hemm ikkawża ġrieħi lill-ġar tiegħu.Aqra aktar
Libjan li kien se jaqbad titjira għal Istanbul qed jinżamm arrestat wara li Uffiċjali tad-Dwana fl-Ajruport qabduh b’ €127,506 flus kontanti mhux iddikkjarati. Dawn instabu f’kompartament moħbi fil-bagalja tal-passiġġier wara li l-Uffiċjali ta’ Kontra l-Ħasil tal-Flus tad-Dwana wasslilhom suspett dwaru u talbu biex jiġi nvestigat.
€10,000 flus kontanti ġew irrotornati lura lill-passiġġier, hekk kif dan huwa l-ammont stipulat bil-liġi li wieħed jista’ jġorr fuqu mingħajr ma jiddikkjarahom.Aqra aktar
Fl-aħħar sigħat, il-Pulizija solviet l-omċidju ta’ Lassibe Souleymane li fis-7 t’April li għadda nqatel kiesaħ u biered fi sparatura fi Triq il-Ġebel f’Ħal Far. Filfatt fl-aħħar sigħat il-Pulzija arrestat numru ta’ persuni li setgħu kienu involuti f’dan il-każ u qed tfittex raġel ieħor.
Send this to a friend