arrest – Page 13 – One News

Notifiki

Iktar avukati jfaħħru d-drittijiet ġodda għaċ-ċittadin fi proċeduri kriminali

L-avukat Stephen Tonna Lowell irreaġixxa b’mod pożittiv ħafna għall-fatt li persuna arrestata issa se jkollha dritt li tagħżel avukat sa mill-bidu tal-arrest.

F’intervista ma’ one.com.mt qal li issa pajjiżna se jkun qiegħed jimplimenta b’mod effettiv id-direttiva Ewropea li tħares lil min ikun fi stat mill-aktar vulnerabbli, ċioe l-ħin tal-arrest.

Dr Tonna Lowell jemmen li l-interpretazzjoni tal-aħbar minn ċertu ġurnali kienet għall-kollox skorretta. Dan b’referenza għal dak li kien irrapportat fit-Times of Malta.

screen-shot-2016-10-01-at-11-35-21

Segwi hawn ir-rimarki tal-avukat magħruf sew fejn jidħol il-kamp kriminali.

Aqra aktar

Il-pulizija ġġib lura maħrub f’Dubai… għall-qorti llum

Neville Spiteri, negozjant li ilu maħrub minn Malta mill-2008, se jitressaq il-qorti llum b’akkużi relatati ma’ frodi. Tagħrif li għandu one.com.mt jgħid li Spiteri kien arrestat fl-aħħar jiem u nġib Malta minn Dubai ilbieraħ. Il-każi li se jkun akkużat dwarhom imorru lura għal qabel ħarab minn Malta u fihom huwa allegat li hemm għadd ta’ kredituri migduma.

Aqra aktar

Jinżamm arrestat: kellu aktar minn 2,500 pirmla ecstasy

Wara ħidma minn membri tal-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga fil-jiem li għaddew, raġel ta’ 44 sena ġie arrestat wara li nstab fil-pussess ta’ madwar 2,500 pirmla suspettati ecstasy, 250 gramma kokaina, raża u ħaxixa tal-kannabis.

Ir-raġel instab ukoll fil-pussess ta’ arma tan-nar mingħajr liċenzja maħruġa mill-Kummissarju tal-Pulizija.

Aqra aktar

Droga f’ammonti żgħar: 503 arrest fi 13-il xahar

F’tagħrif preżentat fil-Parlament mill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali Carmelo Abela, jirriżulta li minn April 2015 sal-lum kien hemm 503 arrest ta’ persuni li jgħixu Malta, b’rabta ma’ reati li jaqgħu taħt il-Kapitolu 537.

Dan il-Kapitolu jara li jkun provdut trattament għal persuni fil-pussess ta’ kwantitajiet żgħar ta’ droga projbita għall-użu personali. Jara wkoll li jittieħdu  miżuri ta’ riabilitazzjoni għal persuni dipendenti mid-droga.

Fost dawk kollha arrestati, 399  kienu Maltin u 104 kienu barranin.

Intant fi tweġiba għal domanda separata ħareġ li mis-sena 2008 sas-26 t’April 2016 l-ammont ta’ droga eroina, kokaina u kannabis li nqabdet kienet kif jidher fit-tabella li tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra.

EroinaKokainaKannabis
20088Kgs 427grs21Kgs 144grs23Kgs 436.1grs
20098Kgs 411.13grs16Kgs 005.363grs481Kgs 728.39grs
20105Kgs 090.09grs4Kgs 234.47grs43Kgs 526.78grs
20113Kgs 967.38grs5Kgs 354.77grs91Kgs 7.7grs
20121Kg 331.25grs142Kgs 857.5grs19Kgs 244.9grs
20131Kg 301grs3Kgs 652grs10Kgs 274.23grs
20141Kg 769grs5Kgs 273grs111Kgs 275.2grs
20153Kgs 878grs21Kgs 236grs73Kgs 954.54grs
2016171.17grs2Kgs 228.22grs50Kg s415grs

 

 

 

Send this to a friend