armata – Page 2 – One News

Notifiki

Bandist tal-Armata ma jingħatax raġun fil-Qorti

Il-Qorti ma laqgħatx it-talba ta’ mandat li ġie ipprezentant il-Qorti minn suldat tal-Forzi Armat ta’ Malta kontra l-Kap Kmandant tal-Forzi Armati ta’ Malta l-Brigadier Jeffrey Curmi. Brendan Borg, membru fil-Forzi Armati ta’ Malta u bandist, fetaħ kawża jilmenta li ma tħalliex imur kors fis-skola militari fir-Renju Unit, wara li f’Malta kien ġie magħul għal kariga ta’ Assistent Trumbettist Maġġuri fil-banda tal-Forzi Armati ta’ Malta.Aqra aktar

Sejħa għall-membri fil-Forza ta’ Riserva fl-Armata

Il-Forzi Armati ta’ Malta se jkunu qed jerġgħu jdaħħlu numru ta’ persuni bħala membri fil-forza ta’ riserva u dawk interessati għandhom sal-erbgħa t’Awwissu biex japplikaw.

Il-Ministru għall-Intern, Michael Farrugia, spjega li dan hu t-tieni grupp li se jidħol fl-armata b’dan il-mod  wara t-tibdil fil-liġi li sar is-sena l-oħra. Aqra aktar

Il-Pulizija u l-Armata b’kundizzjonijiet ugwali daqs dawk fis-servizz pubbliku

Jidħol ftehim fis-seħħ bejn il-Ministeru għall-Intern u s-Sigurta’ Nazzjonali, l-Ufficcju tal-Prim Ministru, l-Pulizija u l-Armata li, għall-ewwel darba qed jara karigi għolja fit-tmexxija tal-Pulizija u l-Armata b’titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħol, li jitqabblu ma’ dawk rispettivi fis-servizz pubbliku.

Grazzi għal dan il-ftehim, minn Assistent Kummissarju ‘l fuq fil-Korp tal-Pulizija u dak ta’ Logutenent Kurunell ‘il fuq fil-Forzi Armati ser  jibdew ikunu qed igawdu mill-istess pakkett finanzjarju li għandhom il-karigi rispettivi fis-servizz pubbliku.

Aqra aktar

Send this to a friend