arloġġ – One News

Notifiki

ARA: It-torri u l-arloġġ fl-Imtarfa jinfirdu

Wara 520 sena, l-arloġġ li minn dejjem kien ħaġa waħda mat-torri tal-Imtarfa, inqala’ minn mal-istruttura biex isirlu xogħol ta’ restawr estensiv li jirrispetta l-awtentiċità tal-post.

Dan ix-xogħol mistenni jieħu l-arloġġ lura għall-glorja oriġinali tiegħu, għal dak li raw l-Ingliżi aktar minn ċentinarju ilu. Aqra aktar

Il-Ħadd li ġej jispiċċa l-ħin tas-sajf – tinsiex iddawwar l-arloġġ lura

Il-ħin tas-sajf f’Malta jintemm uffiċjalment il-Ħadd li ġej fit-3 ta’ filgħodu meta nressqu l-arloġġ siegħa lura.

Il-bidla fil-ħin tolqotna b’modi differenti.. Dan għax għal xi wħud jorqdu siegħa aktar mis-soltu, waqt li għal ohrajn tfisser siegha aktar ta’ xogħol u għal oħrajn siegħa aktar ta’ divertiment.

Hi x’inhi ċ-ċirkostanza tagħkom. Tinsiex li trid treġġa’ l-arloġġ lura.

Tinsiex iddawwar l-arloġġ lura l-Ħadd li ġej!

Il-ħin tas-sajf f’Malta din is-sena se jispiċċa fit-3 ta’ filgħodu, ħin tas-sajf lokali, tal-aħħar Ħadd ta’ Ottubru, jiġifieri tat-28 ta’ Ottubru 2018.

Dan ifisser li fi tmiem il-Ġimgħa li ġejja se norqdu siegħa żejda, hekk kif l-arloġġ irid jiċċaqlaq siegħa lura, u t-3 ta’ filgħodu, jiġu s-2 ta’ filgħodu.

Illejla torqod siegħa inqas – tinsiex tmexxi l-arloġġ!

Din il-ġimgħa ingħata bidu għall-istaġun tar-Rebbiegħa u ftit ftit qed nersqu dejjem eqreb lejn l-istaġun mistenni minn ħafna; is-Sajf. Staġun li miegħu jġib ukoll bidla fil-ħin hekk kif illejla rridu nmexxu l-arloġġ siegħa ‘l quddiem għall-ħin tas-sajf.

Il-ħin tas-sajf jibda mis-sagħtejn ta’ filgħodu tal-lejl li ġej u jintemm fid-disgħa u għoxrin ta’ Ottubru.

 

Simon Busuttil : garanzija li jreġġa’ l-arloġġ lura

Waqt konferenza tal-aħbarijiet fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista, il-Ministru Michael Farrugia qal li Simon Busuttil huwa l-ikbar theddida għall-Enemalta u huwa garantit li taħt tmexxija tiegħu, l-arloġġ jitreġġa’ lura.
Id-deputat Laburista Charles Mangion qal li l-Enemalta hija storja ta’ suċċess ta’ dan il-Gvern. Minn dejn ta’ €800 miljun u morsa finanzjarja għall-Gvern, ir-rapport ta’ Standard and Poor’s jikkonferma li l-Enemalta miexja ‘l quddiem u qed toffri serħan il-moħħ lill-ħaddiema.
Standard & Poor’s innotaw il-qalba għall-gass, l-użu ta’ energija alternattiva u l-investiment ta’ Shanghai Electric bħala fatturi li taw spinta għar-ristrutturar tal-Enemalta. Dan filwaqt li l-familji u negozji Maltin gawdew minn traħħis fil-kontijiet tad-dawl.

Aqra aktar

Send this to a friend