Jinħatru Żewġ Arċiprieti u Kappillan

L-Arċisqof Charles J. Scicluna ħatar żewġ Arċiprieti u Kappillan ġdid. Dun Charles Cini nħatar Arċipriet tal-Parroċċa ta’ San Publija tal-Floriana. Ħatar ukoll lil Dun Mark Mallia Pawley bħala Arċipriet tal-Parroċċa ta’ Santa Marija, Ħad-Dingli u lill-Kanonku Dun Simon Sciberras bħala Kappillan tal-Paroċċa ta’ San Ġużepp fl-Imsida.

Il-Parroċċa tal-Furjana tiġbor fiha madwar 2,000 persuna f’850 familja waqt li l-Parroċċa ta’ Ħad-Dingli tiġbor fiha madwar 4,000 persuna f’1,100 familja. Il-Parroċċa tal-Imsida tiġbor fiha madwar 8,500 persuna f’2,400 familja.

Arċipriet ġdid għall-Parroċċa ta’ Santa Liena f’Birkirkara

L-Arċisqof Charles J. Scicluna ħatar lill-Monsinjur Paul Carmel Vella bħala Prepostu Arċipriet tal-Parroċċa ta’ Santa Liena, f’Birkirkara.

Mons. Paul Vella twieled fit-23 ta’ Settembru 1961, fis-Siġġiewi. Irċieva l-edukazzjoni primarja fl-iskola tas-Siġġiewi, u dik sekondarja f’Ħaż-Żebbuġ. Wara li daħal is-Seminarju tal-Arċisqof, kompla bl-istudji fil-Fakultà tat-Teoloġija f’Tal-Virtù, ir-Rabat, u ggradwa fit-Teoloġija Pastorali mill-Universitàta’ Malta.Aqra aktar

Send this to a friend