Notifiki

Miċħud l-appell ta’ raġel li seraq handbag

Il-Qorti ċaħdet l-appell ta’ Stephen Cassar ta’ 35 sena minn Ħal Qormi, li kien instab ħati b’serq aggravat u li hu reċidiv. Dan wara li nstab ħati u ingħata sentenza ta’ sentejn priġunerija wara li seraq numru ta’ handbags ta’ nisa anzjani flimkien ma’ ħuh.Aqra aktar

Il-PBS se jappella mid-deċiżjoni dwar Bundy

Il-PBS se jkun qiegħed jappella minn sentenza mogħtija mit-Tribunal Industrijali l-ġimgħa li għaddiet, li ordnat lill-istazzjon nazzjonali jħallas lill-eks Kap Eżekuttiv tal-PBS John Bundy, €226,489.

Dan wara li t-Tribunal ħass li Bundy għandu jieħu dan il-kumpens għaliex tkeċċa inġustament.

Fi stqarrija l-PBS qal li l-bord tad-diretturi tal-PBS ħa tliet pariri legali indipendenti li lkoll kienu tal-fehma li hemm bażi soda għall-appell.

Il-bord tal-PBS qal li se jkun qiegħed iħares l-interessi tal-kumpanija kif inhu fid-dover li jagħmel.

L-istqarrija temmet tgħid li l-PBS huwa kumpanija ta’ xandir pubbliku b’obbligi nazzjonali fejn l-istazzjon huwa parzjalment iffinanzjat minn fondi pubbliċi u għalhekk se jimxi b’reqqa u responsabilità.

Appell sabiex tinstab Kira

Familja qed tappella sabiex tinstab Kira, kelba li ntilfet fl-inħawi ta’ Ħal Lija.

Is-sidien qalu li għalkemm dehret l-aħħar f’Ħal Lija, din tista’ tkun kullimkien. Hija kienet libsa kullar.

Min isib lil Kira u jirritornaha lura se jkun qed jingħata rigal ta’ €500.

Min għandu xi informazzjoni jċempel fuq 79706050.

Send this to a friend