app – Page 2 – One News

Notifiki

Kurjuż dwar il-Presidenza? Fittex il-mobile!

 

 

Kemm minnkom tkunu aġġornati dwar dak li qed jiġri mill-mobile?

Fid-dawl ħafna jwieġbu li dan huwa minnu, il-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea nediet f’mod uffiċjali application li tista’ tintuża minn fuq il-mobile. Se tkun tista’ tara kull aġġornament dwar laqgħat u avvenimenti li se jkunu qed iseħħu tul is-sitt xhur tal-Presidenza Maltija.

Aqra aktar

App ġdida: ara ġmiel Ħad-Dingli

Ġiet varata għall-ewwel darba Mobile App sabiex iddur il-Heritage Trail ta’ Ħad-Dingli bl-isem Visit Dingli.

Il-Kunsill Lokali ta’ Ħad-Dingli ibbenifika minn Fondi Ewropej u ħoloq mobile app, u b’hekk ikkombina l-użu tat-teknoloġija sabiex min iżur Ħad-Dingli jkun jista’ jdur il-Heritage Trail u fl-istess ħin jingħata informazzjoni utli u interessanti dwar dak li jkun qed jara.  

Is-Sindku Sandro Azzopardi qal li “Il-progett tal-Mobile App taħt il-Miżura 313 jikkomplimenta dak li l-Kunsill kien beda fil-proġett tal-Heritage Trail. Kull min jiġi jżur Ħad-Dingli jkun jista’ jdur iċ-ċentru tar-raħal u l-Heritage Trail b’esperjenza unika ta’ gwida virtwali. Il-Kunsill ħa ħsieb l-ikkompilar t’informazzjoni u ritratti kif ukoll ttestjar tal-App  sabiex dawk kollha li jużawha ikollhom l-aħjar servizz possibbli.”

Dawn huma tliet filmati li huma inkorportati fl-app, li juru ġmiel ir-raħal. 

Aqra aktar

APP ġdida biex tkejjel il-frustrazzjoni fit-toroq

Tibda l-Ħarifa, it-tfal jirritornaw lura wara l-bank tal-iskola, l-għalliema jerġgħu jidħlu għax-xogħol filwaqt li dawk li jieħdu dik il-vaganza twila matul l-istaġun tas-Sajf jirritornaw lura għall-ħidma – fatturi li jżiedu t-traffiku fit-toroq Maltin. Qatt ħsibt biex tikkalkula l-livell ta’ frustrazzjoni tiegħek waqt li tkun fit-traffiku? Issa tista’.
Aqra aktar

Sejjer Dar il-Mediterran? Ara li l-mobile iċċarġjat

Fejn is-soltu nassoċċjaw Dar il-Mediterran mal-avvenimenti importanti bħac-CHOGM u l-Valletta Summit f’Novembru li għadda, ħafna drabi ninsew kemm din il-binja rat avvenimenti storiċi importanti sa minn żmien il-Kavallieri.

Issa kull viżitatur tal-binja storika se jkollu ċ-ċans jesperjenza dawn l-avvenimenti permezz ta’ app informattiva u interattiva, li bħalissa hija d-diskussjoni ewlenija qalb il-ħaddiema ta’ Dar il-Mediterran.

Aqra aktar

Titħejja ‘app’ bir-regolamenti tat-triq

Il-kodiċi tar-regolamenti tat-toroq bħalissa qed jerġa tinkiteb b’ mod ‘l quddiem tkun tista jitpoġġa f’applikazzjoni għal fuq il-mobiles biex ikun aċċesibbli.

L-App kienet idea li nibtet mill-fatt li ħafna sewwieqa ma jibqgħux jirreferu għal dawn ir-regolamenti, u hekk jistgħu jagħmlu dan faċilment, filwaqt li ikunu aġġornati ukoll fuq is-sitwazzjoni preżenti fit-toroq.

Aqra aktar

Send this to a friend