Notifiki

“Il-mira ta’ dan il-Gvern tibqa’ li ħadd ma jaqa’ lura” – Il-PM

“Daqskemm naħdmu u niddeċiedu b’moħħna rridu nħallu lill-qalbna tkun il-gwida politika tagħna.”

Dan kien is-sentiment tal-Prim Ministru Robert Abela waqt laqgħa tal-Kabinett ġewwa l-binja tal-Fondazzjoni Inspire u li ffukat fuq il-qasam soċjali ta’ pajjiżna fosthom is-Solidarjetà Soċjali, l-Anzjanità Attiva u l-Inklużjoni.Aqra aktar

Jinħatar bord ġdid li ser imexxi l-istrateġija nazzjonali kontra s-solitudni qalb l-anzjani f’pajjiżna

“Meta aħna nitħaddtu mis-sehem tal-istakeholders soċjali qiegħdin nifhmu mhux biss is-sehem tiegħi jew is-sehem tal-grupp li għalih qed nappartjeni imma l-gruppi kollha flimkien. Aġenziji tal-Gvern u anke NGO’s. Jaħdmu kollha flimkien fi sforz wieħed propju għax huma konxji ta’ din ir-responsabbiltá kollettiva”, dan huwa kliem Mons. Joseph Vella Gauci, Chairman tal-kumitat il-ġdid. Aqra aktar

Il-ftuħ tas-sena akkademika tal-Università tat-Tielet Età

Is-Segretarju Parlamentari għal Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Anthony Agius Decelis indirizza l-ftuħ tas-sena akkademika tal-Università tat-Tielet Età. Hu tkellem fuq l-importanza tal-apprezzament tat-tgħallim tul il-ħajja. Is-Segretarju Parlamentari stqarr li dan l-apprezzament qiegħed jikber fil-preżent, u fil-futur huwa persważ li l-irwol tal-Università tat-Tielet Età ser ikompli jikber. Huwa qal dan meta kien qed jindirizza l-anzjani fl-Istitut Kattoliku fil-Furjana. Aqra aktar

Send this to a friend