Sa l-aħħar ta’ din il-ġimgħa se jibdew jirċievu l-istedina biex jitlaqqmu kontra l-Covid-19 dawk ta’ bejn il-75 u t-80 sena.

Sa l-aħħar ta’ din il-ġimgħa se jibdew jirċievu l-istedina biex jitlaqqmu kontra l-Covid-19 dawk ta’ bejn il-75 u t-80 sena.
Tmien mitt anzjan se jkunu jistgħu jgawdu minn titjib fis-servizz tal-Meals on Wheels permezz ta’ kuntratt ġdid li ħa jkun qed isir fil-futur qrib.
F’Għawdex se jissaħħu s-servizzi għall-anzjani u dawk l-aktar fil-bżonn, hekk kif intlaħaq ftehim bejn l-Għaqda Ħbieb tal-Morda u l-Anzjanità Attiva u l-Kura fil-Komunità biex ikunu jistgħu jisselfu apparat li jgħinhom fil-ħajja ta’ kuljum.
Fi Florida fl-Istati Uniti żewġ nisa ta’ 34 sena u 44 sena għamluha ta’ anzjani ta’ aktar minn 65 sena biex jitlaqqmu kontra l-COVID-19 qabel ma jkun imisshom. Aqra aktar
L-ammont ta’ anzjani li għandhom ħamsa u tmenin sena jew aktar li ddaħħlu l-isptar Mater Dei għall-kura minħabba l-Covid-19, naqas bi tmenin fil-mija fl-aħħar ġimgħat.
Dan skont riżultati preliminari ppubblikati fi studju mħejji mill-Isptar Mater Dei.Aqra aktar
B’investiment ta’ disa’ miljun ewro, miexi ġmielu x-xogħol fuq it-tieni fażi tal-proġett fil-Kumpless Rużar Briffa f’San Vinċenz de Paul.Aqra aktar
Nhar is-Sibt li ġej, 44,527 anzjan u anzjana se jirċievu għotja ta’ żewġ benefiċċji li bejniethom ilaħħqu spiża ta’ aktar minn ħmistax-il miljun ewro.Aqra aktar
Il-Ministeru għall-Anzjani u l-Anzjanità Attiva għaddej b’ħidma kontinwa biex sal-aħħar ta’ Marzu, id-djar tal-anzjani kollha tal-Gvern, ikunu attrezzati bis-servizz tal-wi-fi.
Is-servizz se jkun fil-kmamar kollha biex l-anzjani jkunu jistgħu jużaw l-internet fil-privatezza u fil-kumdità ta’ kamarthom.Aqra aktar
Fil-jiem li ġejjin, l-anzjani li għandhom bejn 80 u 84 sena u li jgħixu fi djarhom se jibdew jirċievu l-ittra t’ appuntament għall-vaċċin tal-Covid-19, bid-dati, ħinijiet u l-post tal-ewwel u t-tieni doża tal-vaċċin. Dan ħabbru fi stqarrija l-Ministeru għas-Saħħa.Aqra aktar
Mil-lum bdiet tingħata t-tieni doża kontra l-Covid-19 lill-anzjani li kienu ħadu l-ewwel doża tat-tilqima fid-djar kollha tal-anzjani, inklużi dawk privati, kif ukoll il-frontliners. Dan intqal fi stqarrija maħruġa mill-Ministeru għall-Anzjani u l-Anzjanità Attiva.Aqra aktar
Send this to a friend